Żagħżugħ jeħlisha ħafif u ieħor b’ġrieħi serji f’inċidenti separati

Żagħżugħ ta’ 19-il sena li kien għaddej mill-by-pass tal-Imrieħel iddaħħal l-isptar għall-kura wara li għall-ħabta tas-seba neqsin kwart ta’ dalgħodu tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu u spiċċa nqaleb biha.

Fuq il-post issejħet immedjatament ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ l-isptar Mater Dei fejn mill-informazzjoni li għandna jirrizulta li garrab ħrieħi ħfief.

Prattikament fl-istess ħin seħħ incident ieħor tat-traffiku quddiem id-daħla tal-Isptar Monte Carmeli fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard. F’dan l-inċident żagħżugħ ta’ 20 sena, sofra grieħi serji wara li tilef il-kontroll tal-karozza u waqa’ f’għalqa.

Ir-ritratt u l-filmat huma tal-inċident li seħħ fl-Imrieħel ħdejn il-mini tal-akwadott.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia llum bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ ta’ John Paul Woods li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Charlene Farrugia u li ħeba l-katavru tagħha. Ir-raġel kien wieġeb…

Sajd

Kważi sena u nofs minn maltempata qawwija li ħalliet ħerba f’diversi nħawi tal-pajjiż, il-gvern ħabbar li qed jalloka miljun ewro għal skema ta’ kumpens finanzjarju lil sajjieda li l-bastimenti tagħhom…

Qorti

Raġel ta’ 50 sena qed ikun akkużat, fost oħrajn, li stupra lis-sieħba ripetutament u li ħa xbiehat ta’ natura sesswali tagħha bil-ħsieb li jheddidha bihom. Huwa qed jiċħad l-akkużi. Ir-raġel tressaq…

Kronaka

Raġel ta’ 51 sena li jgħix is-Siġġiewi qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fin-Naxxar. Il-Pulizija kienu infurmati bl-inċident fi Triq il-Katakombi għall-ħabta tal-10.00am. Il-Pulizija tad-Distrett…

Aktar