Barranin, Kurżitajiet
Bil-ħelu jibqa’ jgħix għal 112-il sena

Masazo Nonaka, raġel ta’ 112-il sena mill-Ġappun ġie rikonoxxut mill-Guiness World Record bħala l-ixjeħ bniedem.

Huwa ngħata l-premju nhar it-Tlieta li għadda. Nonaka twieled fil-25 ta’ Lulju, 1905, 42 jum qabel ma ntemmet il-Gverra Russa-Ġappuniża, li kienet intemmet bit-Trattat ta’ Portsmouth.

Fiż-żgħożija tiegħu huwa kien bidwi u rabba l-familja tiegħu ta’ żewġ subien u tliet ibniet.

Dokument miżmum mill-awtoritajiet lokali jgħidu lir-raġel iħobb ħafna l-ħelu b’mod partikolari l-kejk tal-frawli.

Għaldaqstant ma setax jonqos li matul iċ-ċerimonja tal-Guiness World Record jingħata kejk. Madankollu seta’ jieħu biss il-krema għax ma għadux jista’ jiekol ikel solidu.

Biex jirbaħ il-premju tal-aktar raġel li qatt għex irid jgħix 3 snin u 161 ġurnata oħra.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ġenn u paniku ħakem lil kull min jinsab f’Mont San Michel dalogħdu waqt operazzjoni ta’ evakwazzjoni. It-turisti kollha ġew evakwati filwaqt li r-residenti ġew mitluba jibqgħu ġewwa hekk kif raġel…

Barranin

17-il persuna mietu wara li żewġ dgħajjes li nqelbu fi Xmara fil-belt ta’ Guilin, fiċ-Ċina, li tinsab fin-nofsinhar tar-reġjun ta’ Guangxi Zhuang. L-inċident seħħ waqt sessjoni ta’ taħriġ. Fuq iż-żewġ…

Barranin

Mijiet ta’ persuni nġabru fil-belt ta’ Chicago jipprotestaw u jikkundannaw l-attakk li sar mill-Istati Uniti, fuq faċilitajiet fis-Sirja fejn jinħadmu l-armi kimiċi fuq suspett li s-Sirja użathom fil-belt ta’ Douma….

Barranin

L-attur Verne Troyer, li huwa magħruf l-aktar għall-parti li interpreta ta’ Mini-Me fis-serje ta’ Austin Powers, miet fl-età ta’ 49. Troyer li kien fih biss 81cm, ħadem ukoll fil-filma ta’…

Aktar