Ambjent
Bilanċ bejn il-progress u l-ambjent naturali fil-masterplan tar-Ramla l-Ħamra

Jibda l-proċess biex jitfassal il-masterplan tar-Ramla l-Ħamra. F’konferenza tal-aħbarijiet f’din il-bajja pittoreska ntqal li l-masterplan fost oħrajn irid jipprovdi għal protezzjoni tal-ambjent naturali ta’ din il-bajja tiġi u u kif tilqa’ għall-influss ta’ viżitaturi.

Il-bajja l-Ħamra li ħadet isimha mir-ramel aħmar li hija mogħnija bih. Hija kalamita għall-eluf li jżuruha u jgħumu fiha kull sena. Issa tnieda wkoll id-disinn tal-masterplan għar-Ramla l-Ħamra u tħabbar li laqgħat ma’ dawk kollha involuti qabel mal-masterplan ikun finalizzat.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħeġġet lill-istakeholders kollha biex jieħdu sehem fil-konsultazzjoni ħalli l-masterplan isir bl-aħjar mod possibbli.

“Din iż-żona tant imfittxija u importanti għandha tiġi organizzata permezz ta’ dan il-masterplan, biex mhux biss nimmassimizzaw il-potenzjal tagħha, imma nassiguraw li jkun hemm bilanċ sħiħ bejn is-sbuħija naturali però wkoll l-aspett kummerċjali li jkun hawn matul is-sena.”

Il-Ministru Caruana saħqet fuq l-importanza ekoloġika u storika ta’ din iż-żona u kif il-masterplan irid jipproteġi l-wirt naturali tar-Ramla l-Ħamra. Semmiet bħala sfidi ewlenin l-immaniġġjar tat-traffiku t-titjib tal-faċilitajiet peress li din il-bajja hija waħda mill-bajjiet li jtajru l-bandiera Blu.

Il-Perit Frank Muscat assigura li l-footprint eżistenti ta’ din iż-żona unika li tgawdi ambjent naturali mhux se tinbidel bil-masterplan.

“Allura hija ta’ sfida li l-faċilitajiet li hemm bżonn u li jeżistu diġà jiġu mtejba u jwieġbu għall-bżonnijiet tal-lum mingħajr impatt fuq l-ambjent naturali.”

Ir-Ramla l-Ħamra hija l-ikbar bajja ramlija f’Għawdex bejn ix-Xagħra u n-Nadur u tinsab f’tarf tal-Wied ir-Ramla, magħruf għall-kwalità għolja ta’ nbid u żejt taż-żebbuġa.

Aħbarijiet Oħra
Xogħol

Tnediet l-skema ġdida, il-Gozo Teleworking Scheme għall-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu fis-settur privat f’Malta. Il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri stqarr li din il-miżura soċjali tinċentiva l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja. Il-Ministru…

Press Briefings

Fin-12:30 is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, se tkun qed tagħti l-aħħar aġġornamenti dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19. Il-konferenza tal-lum se jixxandar dirett fuq TVM, Radju Malta, tvm.com.mt u fuq il-paġna ta’ Facebook Television…

Ambjent

Operazzjoni ta’ tindif mhux tas-soltu għal Clean Malta – Cleansing and Maintenance Division hekk kif kienu involuti fil-ġbir ta’ denfil mejjet mill-baħar tax-Xgħajra. Fuq il-midja soċjali, il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia…

Enerġija

Il-Kumpanija Electrogas Malta Ltd qed tavża lill-pubbliku li ser tagħmel testijiet tas-sireni tal-emerġenza fid-Delimara Power Station nhar it-Tlieta 2 ta’ Gunju 2020 fl-10:00am. Is-sireni ser jindaqqu għal madwar 20 sekonda…

Aktar