Barranin
Biljunarju fiċ-Ċina jeħel 18-il sena ħabs wara kwistjonijiet mal-Gvern

Biljunarju Ċiniż ingħata sentenza ta’ tmintax-il sena priġunerija, wara li nstab ħati li tkellem fuq diversi kwistjonijiet jaħarqu, fosthom id-drittijiet tal-bniedem u kwistjonijiet politiċi.

Sun Dawu, ta’ 67 sena, imexxi wieħed mill-ikbar negozji tal-agrikoltura fil-provinċja ta’ Hebei. Is-sentenza tiegħu hija fost f’kullana ta’ sentenzi kontra persuni li jsemmgħu leħinhom fiċ-Ċina.

Fil-fatt, hu ġie akkużat li qed jaqla’ l-inkwiet u jqajjem il-ġlied – akkuża li ta’ spiss tintuża kontra attivisti fiċ-Ċina.