Barranin
Biljunarju jfittex mara biex tmur miegħu fuq il-qamar

Biljunarju Ġappuniż ta’ 44 sena qed ifittex tfajla biex tmur miegħu għal fuq il-qamar fuq ir-rocket SpaceX.

Il-biljunarju, Yusaku Maezawa, li riċentamet infired minn mas-sieħba tiegħu, qed jilqa’ l-applikazzjonijiet mingħand nisa single ta’ għoxrin sena jew aktar li jħobbu l-ħajja. Il-proċess tal-għażla għall-mara ideali għal fuq il-qamar se jiġi dokumentat bil-għan li aktar ‘il quddiem isir programm televiżiv dwaru.

Dawk in-nisa interessati għandhom sas-sbatax ta’ dan ix-xahar biex japplikaw. L-għażla se ssir sal-aħħar ta’ Marzu wara li jkun iltaqa’ man-nisa li japplikaw. Il-vjaġġ għall-qamar huwa skedat għall-2023. Il-missjoni se tkun l-ewwel vjaġġ tal-bniedem fuq il-qamar mill-1972.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Ministru tal-Gvern Ingliż, Douglas Ross, li huwa wkoll is-Sotto Segretarju tal-Istat għall-Iskozja, ħabbar li rriżenja minn dawn il-karigi. Fi stqarrija fuq il-midja soċjali Douglas Ross spjega li kien ħa din…

Barranin

Tifel ta’ 12-il sena fl-Italja rnexxielu jibqa’ kalm meta spiċċa b’ors kbir jimxi warajh. Alessandro mar mixja ma’ familtu f’Nova di Sporminore, fi Trentino, meta ħin bla waqt ors tfaċċa…

COVID-19

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, (WHO) issospendiet it-testijiet tal-hydroxychloroquine bħala trattament possibbli għall-Covid-19. Studju wera li din il-mediċina, li tintuża għal-malarja, tista’ tikkawża problemi tal-qalb fil-pazjenti u żżid ir-riskju ta’ mewt. L-ittestjar…

Barranin

Fir-Renju Unit tibqa’ tbaqbaq il-kontroversja dwar konsulent ewlieni tal-Prim Ministru Boris Johnson, Dominic Cummings minħabba li dan injora l-pariri tal-Awtoritajiet u xorta vvjaġġa waqt il-lockdown meta l-mara tiegħu kienet marida…

Aktar