Barranin
Biljunarju jfittex tmien persuni biex jitilgħu miegħu fuq il-qamar

B’differenza mill-vjaġġi tradizzjonali li mdorrijin nagħmlu ta’ kuljum, issa għandek ċans li tmur sal-qamar u lura.

Dan hekk kif il-billjunarju Ġappuniż Yusaku Maezawa qed jistieden tmien persuni minn madwar id-dinja, biex flimkien miegħu imorru għal vjaġġ sal-qamar u lura, fuq it-titjira SpaceX ta’ Elon Musk.

Fuq Twitter l-intraprenditur qal li jrid lil nies minn kull ġeneru tal-ħajja biex jingħaqdu miegħu għal dan il-vjaġġ storiku, liema vjaġġ se jkun imħallas kollu kemm hu minnu.

Il-missjoni, bl-isem ta’ dearMoon, hija skedata għall-2023.

Maezawa qal li l-applikanti għandhom ikollhom l-aspirazzjoni li jtejbu l-umanità, u li lesti jgħinu lil sħabhom f’kull mezz possibbli matul dan il-vjaġġ.

Fuq Twitter spjega kif dan il-vjaġġ se jkun wieħed privat minħabba li hu xtara l-biljetti kollha fuq l-ispaceship.