Toroq
Billboard ta’ Infrastructure Malta vvandalizzat

Billboard ta’ Infrastructure Malta ġie vvandalizzat mal-lejl li għadda.

Fi stqarrija, Infrastructure Malta qalet li tifhem li hemm min ma jaqbilx mal-investiment u x-xogħlijiet li qed isiru fit-toroq Maltin, iżda li ssir ħsara u vandaliżmu huwa kundannabbli.

L-aġenzija qalet li dejjem disposta tisma’ t-tħassib ta’ dawk kollha involuti biex tasal għal soluzzjonijiet fl-aħjar interess ta’ kulħadd, u se tkompli tistinka biex ittejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-familji f’Malta.

Hija qalet li minn biss 7 proġetti, Malta se tibbenefika €1,200 miljun f’inqas ħin fl-ivvjaġġar, inqas spejjeż ta’ fjuwil u arja aktar nadifa.