Kurżitajiet
Billi titgħażżen fi tmiem il-ġimgħa ma tirkuprax l-irqad li tkun tlift

Jekk tibqa’ rieqed fi tmiem il-ġimgħa xorta ma tkunx qed tirkupra l-benefiċċji tal-irqad li tkun tlift matul il-ġimgħa.

Dan ħareġ minn studju li sar mill-università ta’ Colorado Boulder, fejn ir-riċerkaturi evalwaw il-mod kif jirreaġixxi l-ġisem għal nuqqas ta’ rqad matul il-ġimgħa tax-xogħol, segwit minn iżjed irqad fil-jumejn tal-mistrieħ.

36 persuna bejn 18 u 39 sena nqasmu fi 3 gruppi, fejn l-ewwel grupp tħalla jorqod biss sa ħames sigħat kuljum għal disat ijiem. It-tieni grupp tħalla jorqod ħames sigħat kuljum għal ħamest ijiem, jorqod kemm irid għal jumejn, u jerġa’ jorqod għal ħames sigħat kuljum fil-jumejn ta’ wara, filwaqt li t-tielet grupp tħalla jorqod disa’ sigħat kuljum għal disat ijiem.

Dawk b’nuqqas ta’ rqad, inkluż dawk li tħallew jorqdu sew fi tmiem il-ġimgħa biss, bdew jieklu iktar mal-lejl, żiedu fil-piż, u s-saħħa metabolika tagħhom bdiet turi sinjali li sejra lura.

Għalkemm dawk li tħallew jorqdu sew għal jumejn naqqsu l-ikel mal-lejl, f’ċertu aspetti kellhom riżultati ta’ saħħa agħar. Per eżempju, filwaqt li dawk bla rqad naqsitilhom is-sensittività għall-insulina bi 13%, ta’ dawk li tħallew jorqdu fi tmiem il-ġimgħa ħżienet sa 27%.

Iktar minn hekk, għalkemm setgħu jorqdu kemm iridu fi tmiem il-ġimgħa, fil-verità dawn il-persuni xorta ma rnexxilhomx, u bħala medja raqdu biss ftit iktar minn siegħa iktar mill-ħamest ijiem ta’ qabel.

Ir-riċerkaturi qalu li dawn ir-riżultati jsostnu l-fehma li wieħed għandu jorqod biżżejjed matul il-ġimgħa kollha, u kemm jista’ jkun iżomm ħinjiet fissi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Barranin

Raġel fl-Istati Uniti ġie arrestat wara li mara rrapportat lill-Pulizija li kien għaddiha biż-żmien u ħadilha $80,000. L-arrestat huwa John Martin Hill ta’ 35 sena, bil-mara tgħid li kienet iltaqgħet…

Aktar