Annimali
Bini abbandunat se jsir ċentru ta’ rijabilitazzjoni għall-annimali selvaġġi

B’investiment ta’ €2 miljun, bini abbandunat fi Xrobb l-Għaġin mistenni jinbidel f’ċentru ta’ rijabilitazzjoni u edukazzjoni relatat mal-annimali fis-selvaġġ.

Il-proġett immexxi minn Nature trust Malta mistenni jinkludi aktar minn 20 tank tal-ilma waqt li jżid attrazzjoni turistika differenti fin-Nofsinhar ta’ Malta.

Il-proġett se jsir fi żmien sentejn u jinvolvi l-bini abbandunat fejn kien hemm l-istazzjon tad-Deusche Welle.

Vince Attard, il-President ta’ Nature Trust Malta li tamministra l-Park Naturali ta’ Xrobb l-Għaġin qal li l-proġett ilu jberren f’moħħu 20 sena u issa se jsir bl-għajnuna ta’ żewġ miljun ewro mill-fondi reġjonali tal-Unjoni Ewropea. Żied li ċ-ċentru se jkun maqsum f’żewġ partijiet – fejn jilqgħu annimali feruti li jgħixu fis-selvaġġ u naħa oħra se tkun ċentru edukattiv għall-pubbliku.

“23 tank tal-fkieren u pool kbir ta’ 9 metri għall-annimali aktar kbar li ġieli niltaqgħu magħhom. Partijiet fejn milqugħ il-qniefed u oħrajn bħal vivarjum għar-rettili li jġibu n-nies. In-naħa l-oħra barra ċentru għan-nies ħa jkun hemm laboratorju fejn jistgħu jagħmlu esperimenti u jitgħallmu fuq il-bijodiversità tagħna.

Is-Sur Attard qal li din is-sena Nature Trust Malta pprovdiet kura lil 400 qanfud u 50 farfett il-lejl fost oħrajn. “Ikollna ħafna fkieren li jidħlu wara li jkunu belgħu snanar jew plastik. Friefet il-lejl li jaqgħu jew jaħbtu ma’ xi arblu, qniefed li jew jittajru jew jaħtfuhom klieb. Ikollna wkoll oħrajn li jinqabdu fi skart, bħal sriep li jidħlu biex jieklu ġurdien f’bott tal-birra u jeħel fiha.”

Il-President ta’ Nature Trust qal li ċ-ċentru se jkun mgħammar ukoll biex jgħin lill-annimali f’każi ta’ tniġġis miż-żejt fl-ibħra. Żied li parti mill-proġett se jinkludi wkoll ir-restawr tal-ħitan li jdawru ż-żona.

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, qal li fix-xhur li ġejjin se jkun qed juża l-poter li għandu biex jagħti artijiet tal-gvern lill-fondazzjonijiet, biex imantnuhom taħt is-sorveljanza tal-Awtorità għall-Ambjent. Dr Herrera qal li ġie avviċinat minn sitt kumpaniji li waqqfu fondazzjoni bħala parti mill-impenn soċjali tagħhom biex jingħataw art, fosthom siti ta’ natura elfejn biex jieħdu ħsieb imantnuhom. Qal li b’hekk jitnaqqas piż finanzjarju minn fuq il-Gvern waqt li jkunu ndukrati tajjeb.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall Fondi Ewropej Aaron Farrugia stieden lil Nature Trust tippreżenta pjan b’saħħtu biex jinkisbu fondi Ewropej għall-proġett li jgħinu lil Malta tgħaddi għall-bidla ekoloġika li hemm bżonn.

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 90 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar