Qasam soċjali
Binja mitluqa fil-Belt restawrata biex tilqa’ 20 familja

Wara restawr estensiv, binja mitluqa fil-Kapitali li tmur lura għal żmien il-Kavallieri nbidlet u se sservi bħala dar għall-aktar minn għoxrin familja fil-bżonn ta’ akkomodazzjoni soċjali.

F’konferenza tal-aħbarijiet is-Segeretarju Parlamentari Responsabbli mill-Fondi Ewropej, Stefan Zrinzo Azzopardi, qal li dan l-investiment jagħmel parti mill-programm wiesgħa ta’ investiment għar-riġenerazzjoni tan-naħa t’isfel tal-Belt Valletta.

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes qal li din il-binja hija monument tal-ħidma tal-Gvern f’dan il-qasam soċjali. Qal li t-tir tal-Gvern kien u jibqa’ li binjiet dilapidati jinstabilhom użu alternattiv, fost l-oħrajn f’akkomodazzjoni soċjali.

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Ian Borg, faħħar l-impenn tal-ħaddiema u l-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, li ħadmu qatigħ biex din il-binja storika tingħata l-ħajja.