Qasam soċjali
Binjiet abbandunati fil-Belt, Birkirkara u San Ġwann se jinbidlu f’akkomodazzjoni speċjalizzata

Erbat idjar tal-Gvern li jinsabu fi stat ta’ abbandun se jiġu rijabilitati fi proġett ta’ akkomodazzjoni speċjalizzata. Dan il-proġett huwa maħsub li mhux biss jindirizza l-problema akkomodazzjoni imma wkoll sfidi soċjali li xi drabi jaffaċċjaw dawk li jsibu ruħhom f’din is-sitwazzjoni.

Il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali nieda t-tieni sejħa għal proġetti ta’ akkomodozzjoni speċjalizzata b’investiment ta’ miljun ewro. L-għan huwa li binjiet tal-Gvern, li għal snin twal tħallew fi stat ta’ abbandun, jiġu rijabilitati u jintużaw minn persuni vulnerabbli li minħabba raġuni jew oħra jkunu jeħtieġu aktar minn post fejn jgħixu.

Il-Ministru Roderick Galdes spjega li se jiġu rijabilitati erba’ proprjetajiet abbandunati tal-Gvern fil-Belt, Birkirkara u San Ġwann. Qal li s-sejħa għall-proġetti hija miftuħa għal entitajiet mhux governattivi, fondazzjonijiet u istituzzjonijiet reliġjużi, kif ukoll għal gruppi ta’ persuni li jingħaqdu flimkien biex joffru dan is-servizz.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, Leonid McKay qal li hemm persuni li għalihom saqaf u ċavetta mhumiex biżżejjed għax ikollhom bżonn ukoll sapport personali kontinwu. Qal li ħadd daqs l-għaqdiet mhux governattivi ma jista’ jagħtihom is-sapport li għandhom bżonn. Żied li xhieda t’hekk hija l-kollaborazzjon li l-Awtorità għandha mal-Fondazzjoni Richmond u mid-Dlam għad-Dawl li qed jaħdmu ma ommijiet bi sfida ta’ saħħa mentali li spiċċaw bla saqaf fuq rashom u persuni li qed jintegraw lura fis-soċjetà wara li skontaw sentenzi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Iċ-Chairperson tal-Board tal-Housing, Rachel Scicluna, qalet li s-sejħa tal-applikazzjonijiet tagħlaq fis-6 ta’ Lulju. Ingħad li d-disinn tad-djar se jintagħżel f’kompetizzjoni li qed tiġi organizzata f’kollaborazzjoni mal-Kamra tal-Periti.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Saħħa

L-operazzjonijiet se jerġgħu jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej iżda d-direttivi tal-Outpatients se jibqgħu fis-seħħ. Dan intqal mill-MAM fi stqarrija uffiċjali wara l-aġġornament tal-aħbarijiet li ta d-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne…

Aktar