Kurżitajiet
Bint Elvis bi ftehim ta’ $4 miljun biex tikxef sigrieti dwar l-ex raġel Michael Jackson

Lisa Marie Presely, bint Elvis, qed tikteb ktieb li se jikxef bosta sigrieti dwar l-eks żewġha Michael Jackson. L-unika bint ta’ Elvis Presley, Lisa Mariem ffirmat ftehim ta’ $4 miljun ma’ Gallery Books biex titkellem dwar il-ħajja matrimonjali tagħha ma’ Jackson. Huma kienu żżewġu fl-1994 iżda fl-1996 kienu ħadu d-divorzju.

Skont sors li tkellem ma’ New York Post il-ktieb se jiżvela affarijiet xokkanti li żgur li ħadd qatt ma kien jimmaġina. Dan jikkuntrasta ma’ dak li kienet tgħid Lisa Marie, li huma kellhom ħajja normali. Fil-fatt minn meta feġġew l-allegazzjonijiet fuq Jackson, hija dejjem iddefendietu. Hija kienet iddefendiet lil Jackson dwar l-akkużi ta’ abbużi fuq it-tfal u kienet tisħaq li temmen li hu innoċenti.

Minkejja dan kien hawn diversi għajdut li l-ħajja tal-koppja kienet għal għajnejn in-nies.

Intant f’dan il-ktieb, Lisa Marie titkellem ukoll dwar missierha, Elvis, li miet meta hi kellha disa’ snin biss.

Ara wkoll:

Żewġt irġiel jallegaw li Michael Jackson kien abbużahom fi tfulithom

Tallega li sabet qliezet ta’ taħt tat-tfal fil-jakuzzi ta’ Michael Jackson – eks ħaddiema

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’konferenza tal-aħbarijiet konġunta minn Pariġi, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson u l-President Franċiż Emanuel Macron qablu dwar spirtu mġedded u kostruttiv biex jintlaħaq ftehim dwar Brexit. Waqt t-taħditiet kruċjali…

Barranin

Il-preżenza tal-mikroplastiċi fl-ilma li nixorbu ftit li xejn hija ta’ detriment għall-bniedem. Dan qalitu l-World Health Organisation (WHO) f’rapport li jassigura li dan ma jikkawżax ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Skont ir-rapport,…

Barranin

Fil-Brażil, tkompli tisħon il-qiegħa bejn il-President Jair Bolsonaro u l-għaqdiet ambjentali. Dan wara li statistika tal-aġenzija spazjali turi li din is-sena, l-ikbar pulmun fid-dinja . . . l-Amażonja . ….

Barranin

F’Madrid, raġel spiċċa arrestat fuq akkużi li nemmes taħt id-dbielet ta’ aktar minn 550 mara u li ġibdilhom filmati biex tefagħhom onlajn. Ir-raġel huwa Kolumbjan ta’ 53 sena u qed…

Aktar