Lokali
B’investiment ta’ €5 miljun l-Università se tirriċerka fil-panelli fotovoltajċi

L-Università ta’ Malta, permezz tal-Istitut għall-energija sostinibbli, għaddejja b’riċerka dwar kif il-panelli fotovoltajċi jistgħu jkunu aktar effettivi u effiċjenti. Dan qed isir f’laboratorju li l-Università inawgurat f’Marsaxlokk.

B’investiment ta’ kważi €5 miljun, l-Università ta’ Malta inawgurat il-Laboratorju għar-Riċerka Solari fl-Istitut tal-Enerġija Sostenibbli, f’Marsaxlokk. Il-Laboratorju se jiffoka fuq riċerka dwar materjali li jintużaw għal ċelluli solari. L-għan ta’ dan il-laboratorju, kif spjega d-Direttur tal-Istitut, il-Professur Luciano Mulè Stagno, huwa li jirriċerka kif il-panelli solari jistgħu jkunu aktar effiċjenti.

Profs. Luciano Mulè Stagno qal li “huwa laboratorju pjuttost uniku, b’apparat estensiv ħafna u qed nagħmlu riċerka, kemm fuq materjali eżistenti, kif ukoll fuq materjali ġodda li huma l-futur tal-fotovaltajċi”.

Il-Professur Mulè Stagno qal li peress li din it-tip ta’ riċerka hija speċjaliżżata ħafna, l-Istitut investa f’apparat li bħalu hawn biss għaxra fid-dinja kollha.

“Dan l-apparat jara difetti żgħar ħafna ġol-materjali li minnhom nagħmlu ċ-ċelloli tal- tal-fotovaltajċi. Dawn huma magħmulin mis-silikon li jistgħu jkollhom difetti żgħar ħafna, li qed nitkellmu fuq elf darba iżgħar minn xagħra u dan jista jarahom. Juża laser infra-red, li jara d-difetti u jkollna image fuq is-screen” qal Profs. Stagno.

L-Istitut tal-Enerġija Sostenibbli fi ħdan l-Università bħalissa għandu 20 student, kemm Maltin kif ukoll barranin. L-Istitut qiegħed ifittex kollaborazzjoni mal-indistrija u fid-dinja akkademika f’malta u qed iħares lejn opportunitajiet ta’ finanzjament għal proġetti ta’ riċerka tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-qorti ordnat kumpens ta’ €463,465 għal tfajla li spiċċat fuq siġġu tar-roti wara inċident fil-Qawra. It-tfajla; Vladyslava Kravchenko, disa’ snin ilu kienet f’party ħdejn Fra Ben, meta l-apparat tad-dawl waqa’…

Lokali

Mara ta’ 68 sena sofriet ġrieħi gravi wara li ttajret f’San Ġwann. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.15 fi Triq Birkirkara. Il-Pulizija marru fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li mara ta’…

Lokali

Bil-festini tal-Milied jinsabu fl-aqwa tagħhom, għadd ta’ entitajiet ngħaqdu flimkien f’kampanja preventiva biex min se jixrob ma jsuqx għax fi kliemhom il-ħajja mhijiex logħba. Il-ħajja mhix logħba . . ….

Lokali

L-MUT u l-MCAST se jkomplu jitkellmu sabiex tinstab soluzzjoni Il-Union tal-Għalliema, l-MUT, issospendiet id-direttiva biex nhar il-Ġimgħa jsir strajk ta’ ġurnata mill-għalliema fl-MCAST minħabba nuqqas ta’ qbil dwar il-ftehim kollettiv…

Aktar