Partit Laburista
Bir-regoli l-ġodda dwar il-kostruzzjoni, ir-responsabiltà trid tinġarr minn kull min huwa responsabbli – PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat għamilha ċara li bir-regoli l-ġodda dwar il-kostruzzjoni, ir-responsabiltà trid tinġarr minn kull min huwa responsabbli u mhux se jħallu iktar ċans li l-ħmar iwaħħal f’denbu. Intervistat fuq One Radio, Dr Muscat qal li ma jistax jifhem kif l-Oppożizzjoni vvutat kontra l-liġi li se twettaq il-bidliet proposti mill-Kummissjoni Veneżja u jibża li l-Oppożizzjoni nħakmet minn negattività.

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal fid-dawl tal-inċident f’siti tal-kostruzzjoni, bir-regoli l-ġodda min jidħol għal proġetti jrid jassumi responsabbiltà. Qal li wara xhur ta’ ħidma, il-Gvern se jwaqqaf l-Awtorità fuq l-industrija tal-bini li se tkopri l-attività kollha tal-kostruzzjoni. Qal li bir-regoli ġodda, il-perit irid ikun fuq is-sit meta jittieħdu deċiżjonijiet kruċjali, u li dawn għandhom ikunu dokumentati.

Il-Prim Ministru qal li r-regoli l-ġodda jrid ikun hemm persuna responsabbli fuq is-sit, il-perit jew site manager li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-perit. Spjega wkoll li l-istudju ġeoloġiku u ġeo tekniku tal-blat irid jibda isir għal kull tħaffir. Dr Muscat qal li ser jiżdiedu l-multi għal €10,000 għal min jikser ir-regoli għal €50,000 għal min jibqa’ sejjer bix-xogħol minkejja li jkollu ordni biex jieqaf. Ħabbar ukoll li se jinħoloq reġistru ċentrali, fejn jiġu depożitati l-pjanti u d-dokumenti kollha relevanti tal-proġett.

Dwar is-summit tal-pajjiżi tal-Mediterran li tlaqqa’ f’Malta din il-ġimgħa, u l-laqgħa li kellu mal-President Franċiż Emanuel Macron, Dr Muscat li fid-dawl ta’ Brexit, Malta sabet lil Franza bħala alleat ieħor fl-Unjoni Ewropea.

Dwar it-twaqqif tal-Malta Air, Dr Muscat qal li min qed jikkritika dan il-pass għadu ma fehemx li Malta ilha ħmistax-il sena fl-Unjoni Ewropea u li l-Gvern ma jistax iwaqqaf lil ebda kumpanija bħal Ryanair milli tespandi f’pajjiżna. Qal li ma jaqbilx ma’ min qed jaħseb li MaltaAir se sservi ta’ xkiel għall-Airmalta, għaliex fdawn joperaw fi swieq differenti.

Dwar ir-riformi li qed iwettaq il-Gvern fid-doveri tal-Avukat Ġenerali, Dr Muscat qal li ma jistax jifhem lill-Oppożizzjoni li vvutaw kontra l-liġi propsota mill-Kummissjoni Venezja u jibża’ li l-Partit Nazzjonalista nħakem minn negattività għax m’għandux ideat.

Dwar il-pożizzjoni tal-OSCE li faħħret lil Malta li qed taħdem biex iktar nisa jidħu fil-Parlament, il-Prim Ministru qal li dan juri r-realtà kif il-pajjiż ma jistax jibqa’ f’sitwazzjoni fejn in-nisa mhumiex rappreżentati b’mod adegwat fil-Parlament.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-għada li l-Awtorità tal-Ippjanar wettqet azzjoni ta’ infurzar fuq fl-istallel fil-Marsa fejn kienu qed joqogħdu għexieren ta’ immigranti, is-sidien tagħhom jidher li żbarazzaw l-istallel. Sadanittant, TVM huwa infurmat li 37…

Lokali

Il-Mużew tal-Katidral fl-Imdina ngħata dimensjoni ġdida għax mhux ser jibqa’ biss post fejn ikunu esebiti artifatti prezzjużi iżda ser joffri opportunità ta’ tagħlim u post fejn artisti privati jesebixxu l-arti…

Ikel

Fl-Awstralja, l-ekoloġisti qed iwissu li n-numru ta’ kangaroos fis-selvaġġ m’għadux sostenibbli u qed iħeġġu lill-Awstraljani biex jieklu aktar laħam ta’ dan l-annimal li hu simbolu nazzjonali ta’ dan il-pajjiż imbiegħed….

Kultura

Għaddej b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol ta’ restawr fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt fejn qed isir restawr fuq is-soqfa tal-kurituri u li huma mogħnija bil-pitturi. Ix-xogħlijiet ta’ restawr ser jiffukaw ukoll fuq l-art…

Aktar