Kaċċa u Insib
Bird Life takkuża lill-lobby tal-kaċċaturi b’ibbuljar u intimidazzjoni

Bird Life Malta rreaġixxiet għat-talba tal-FKNK biex il-Gvern ineħħi lil Pauline Micel u Alison Bezzina minn kummissarji għat-tfal u l-annimali rispettivament billi ddeskriviet l-atteġġjament tagħha bħala ibbuljar u intimidazzjoni.

Hija ikkundannat ukoll lill-FKNK talli qed thedded b’azzjoni legali u protesti fit-toroq jekk il-Gvern ma jilqax it-talbiet tagħha.

Il-kontroversja nqalgħet wara li Miceli u Bezzina kkummentaw dwar ritratt li xandret l-istess Bird Life Malta fejn jidher kaċċatur b’senter ma’ tifel f’dura.

Ara wkoll:

L-FKNK titlob lill-Gvern ineħħi lil Pauline Miceli u Alison Bezzina