Kaċċa u Insib
Bird Life tgħid li ma tistax tlaħħaq mat-telefonati fuq kaċċa illegali

L-għaqda Bird Life Malta qalet li tant qed jidħlulha telefonati dwar kaċċa illegali li ma tistax tlaħħaq magħhom.

Hija ħarġet stqarrija li fiha qalet li fl-ewwel ġimgħa mindu fetaħ l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa rċeviet rapporti ta’ qtil ta’ tajr protett fosthom gamiem u Daqquqa Kaħla.

Skont hi, il-kaċċa illegali qed issir f’diversi lokalitajiet fosthom l-Għasri, Għawdex, fejn anke ħarġet filmat ta’ kaċċatur jispara u kelb iġiblu tajra.

Bird Life Malta sostniet li b’dawn l-inċidenti l-Kummissjoni Ewropea ma tantx għandh għażla ħliet li tipproċedi kontra Malta bil-proċeduri tal-ksur tad-deroga.