Lokali
Birdlife jerġgħu jilmħu tajra feruta

Ilbieraħ, voluntiera tal-Birdlife lemħu Bagħdan Abjad ieħor imweġġa’. Dan wara li l-ġimgħa li għaddiet, daħlu għall-kura żewġ għasafar oħra tal-istess speċi.

Il-Bagħdan Abjad li ntlemaħ fl-inħawi ta’ Ħal Safi, jidher ferut f’saqajh fejn dan, meta jtir, ma jtellaħħiex. Dan l-għasfur tal-priża huwa protett bil-liġi.

Il-Birdlife jinsabu mħassba bl-ammont ta’ tajr li kienu fil-mira tal-isparar meta huma protetti bil-liġi u meta vera ftit tajr qed ipassi.

Il-Birdlife kompliet issostni l-pożizzjoni tagħha li l-kaċċa fir-rebbiegħa hija żbaljata u tagħmel ħafna ħsara għaliex ma tagħtix ċans lill-għasafar li jpassu biex jitkattru.