Lokali
Birkirkara mbikkma bit-telfa tal-plejer ċkejken Miguel

In-nursery tal-futbol ta’ Birkirkara ħabbret il-mewt ta’ wieħed mit-tfal li kien jitħarreġ magħha għal numru ta’ snin u li matul l-aħħar xahar kien qed jiġġieled marda kiefra.

Fuq il-paġna fuq Facebook, in-nursery qalet li kull min jaf lil Miguel Damato se jibqa’ jiftakru għat-tbissima tiegħu u l-imħabba kbira li kellu għall-futbol.

Qalet ukoll li kulħadd se jkun qed iħoss in-nuqqas tiegħu u tat il-kondoljanzi lill-familja tiegħu.

Bosta fil-kummenti esprimew xokk għal din l-aħbar u ddeskrivew il-ġurnata tal-lum bħala waħda sewda għan-nursery ta’ Birkirkara.

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar