Infrastruttura
Bis-7 proġetti fit-toroq ewlenin se tiffranka €75 fjuwil kull sena

Studju tal-ekonomista Gordon Cordina juri li għal kull ewro li l-Gvern qed jinvesti fil-bini ta’ seba’ toroq ewlenin, il-pajjiż ser jieħu lura €7 f’benefiċċji ekonomici u flus iffrankati fil-konsum tal-fjuwil. Huwa stmat ukoll li s-sewwieqa ser jiffrankaw inqas ħin fit-traffiku waqt li l-proġetti se jnaqqsu wkoll l-emissjonijiet fl-arja.

Studju li sar mill-ekonomista Gordon Cordina juri li seba’ proġetti infrastrutturali ewlenin li qed isiru minn Infrastructure Malta fit-toroq, ser irendu l-pajjiż benefiċċji ta’ €1.2 biljun waqt li l-investiment fuqhom ser ikun ta’ €141 miljun. L-istudju wera wkoll fost oħrajn li s-sewwieqa se jiffrankaw €75 fjuwil kull sena minħabba li ma jeħlux fit-traffiku.

Waqt konferenza, Dr Cordina ppreżenta r-rizultati tal-istudji tiegħu fuq l-impatt tas-seba’ proġetti li huma l-Marsa-Ħamrun Bypass, Marsa Junction, Triq tal-Balal, Triq Buqana, il-mini ta’ Santa Luċija u Sant Andrija. Huwa qal li dawn il-proġetti se jagħtu lura lil pajjiż €7 miljun f’benefiċċji għal kull miljun ewro investit.

Dr Cordina qal li fost il-benefiċċji li setgħu jiġu kkwantifikati hemm li dawn ser inaqsu 62,000 tunnellata f’emissjonijiet fl-arja, 5 miljun siegħa ffrankati mill-ivvjaġġar u €25 miljun iffrankati mill-fjuwil kull sena. Dr Cordina qal li b’dawn il-proġetti se jonqsu wkoll l-inċidenti tat-traffiku.

Fl-2012, il-Kummissjoni Ewropea kienet stmat li l-konġestjoni tat-traffiku fit-toroq Maltin ser tiswa mal-€275 miljun fis-sena lill-ekonomija ta’ Malta.

Dr Gordon Cordina qal “b’dawn il-problemi qed nindirizzaw madwar wieħed minn kull €7 tal-ispejjeż li qegħdin joħorġu mill-konġestjoni tat-traffiku, jiġifieri dawn huma bidu importanti”.

Il-Ministru tat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg qal li l-Gvern se jkompli jimplimenta pjan ħolistiku favur inqas konġestjoni tat-traffiku u inqas emmissjonijiet fl-arja. Il-Ministru Borg xejjen għidut li l-proġetti f’dawn it-toroq jaħtu għal xi inċident tat-traffiku.

Dr Ian Borg qal “dawn is-7 proġetti se jbiddlu kif nivvjaġġaw. Se jgħinu lill-ekonomija tikber u lill-familji Maltin jiffrankaw il-flus”.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta, l-Inġinier Fredrick Azzopardi qal li r-riżultati huma ta’ inkoraġġiment għal kull min qed jaħdem fis-settur. Spjega kif Infrastructure Malta ma twettaqx il-proġetti mil-lum għal għada iżda tippjana fit-tul. Qal li din is-sena qed isir xogħol fuq 300 triq residenzjali, aktar minn 40 kilometru fuq toroq rurali u manutenzjoni fuq 17-il triq f’Bugibba.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Kisbiet

Imwieled Malta u emigra lejn l-Awstralja 44 sena ilu wara li gradwa mill-Università ta’ Malta dak iż-żmien kienet magħrufa bħala The Royal University of Malta. F’intervista ma’ TVM, il-Professur Stephen…

Aktar