Negozju
Bixra ġdida biex l-eks GRTU tirrifletti aħjar il-ħidma tagħha

Malta Chamber of SME’s huwa l-isem il-ġdid għal dik li kienet il-GRTU. Mal-isem inbidlet ukoll il-logo tal-organizzazzjoni, li tgħid li tirrappreżenta mas-7,000 negozju żgħir u medju. Waqt il-preżentazzoni tal-brand il-ġdida, il-President Paul Abela qal li l-organizzazzjoni wettqet din il-bidla biex tirrifletti aħjar il-ħidma tagħha.

Il-GRTU libset libsa ġdida, fost oħrajn billi ser tibda tissejjaħ il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji. Il-Kap Eżekuttiv Abigail Mamo qalet li din il-bidla mhix biss kożmetika iżda tirrifletti l-firxa wiesgħa ta’ ħidma li twettaq, kemm mal-membri tagħha kif ukoll fuq livell nazzjonali.

“Aħna organizzazzjoni vibranti li nirrappreżentaw ħafna setturi, u avolja l-GRTU ilu magħna 70 sena, inħossu li wasal iz-żmien li jirrapreżenta l-firxa wiesgħa ta’ negozji li nirrappreżentaw, b’viżwali aktar friski biex inkunu aktar effettivi u nikkomunikaw aħjar u ta’ servizz aħjar,” qalet il-Kap Eżekuttiv.

Il-President tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji, Paul Abela, qal li l-organizzazzjoni tirrappreżenta mas-7,000 negozju li joperaw f’oqsma varji tal-ekonomija. Is-sur Abela qal li l-organizzazzjoni tirrapreżentahom anke f’entitajiet governattivi. “Nirrappreżenta lill-GRTU fil-Malta Enterprise, li tagħti ħafna inċentivi lill-SMEs, u aħna bħala Chamber of SMEs nieħdu ħsieb in-negozji ż-żghar, il-Gvern jintroduċi servizzi biex l-SME jkabbar in-negozju tiegħu.”

Is-Segretarju Parlamentari ghall-Fondi Ewropej, Stephan Zrinzo Azzopardi, faħħar l-użu min-negozji ta’ fondi Ewropej, filwaqt li semma t-tibdil meħtieġ biex tkun implimentata l-proposta msejħa Green Deal, ħalli l-pajjiż jersaq lejn ekonomija carbon neutral.

Il-Ministru tal-Ekonomija, Silvio Schembri, qal li n-negozji jinsabu fuq quddiemnett tal-aġenda tal-Gvern. Appella lin-negozji Maltin iħarsu lejn swieq barra l-pajjiż biex ikomplu jikbru.

Aħbarijiet Oħra
Temp

L-uffiċċju meterjoloġiku qed iwissi li r-riħ mill-Majjistral ser ikun qawwi f’xi waqtiet fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. Ir-riħ mistenni jilħaq qawwa ta’ forza 6.

Kronaka

Dalgħodu, għall-ħabta tas-6:30, raġel Malti ta’ 72 sena nstab mejjet fiċ-ċella tiegħu. B’dan il-każ ġew infurmati minnufih il-pulizija tad-distrett biex jinvestigaw, u nħatret inkjesta bil-Maġistrat tal-Għassa, kif ukoll inkjesta interna.

Lokali

Tħabbret il-mewt taċ-Chairman tal-Bord tal-Housing Affordabbli,  Joseph Bartolo. Magħruf ukoll bħala l-Isloopy, Bartolo kien ukoll consulent fil-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Bosta qalu li se jibqgħu jiftakruh bħala riformatur soċjali u bejjiegħ…

Aktar