Barranin
Biża’ li ħadu l-HIV u l-epatite wara li għamlu facial bil-labar

L-awtoritajiet tas-saħħa fi New Mexico, fl-Istati Uniti, qed iwissu lil kull min għamel facial bil-labar fi spa partikolari biex imur jagħmel test tad-demm. Dan peress li hemm tħassib li kull min ġie mniggeż mil-labar fil-ħanut VIP Spa jista’ jkun li ħa mard infettiv bħall-HIV u l-epatite B u Ċ.

Il-kwistjoni bdiet meta waħda mill-klijenti ta’ dan l-ispa mardet b’infezzjoni wara li qagħdet għal proċedura bil-labar.

Meta l-awtoritajiet marru f’dan l-ispa sabu li fil-fatt ma kinux qed jintużaw prattiċi tajba ta’ iġjene. L-awtoritajiet ħadu azzjoni kontra l-ispa, li kien sfurzat jagħlaq il-bibien.

Il-facial li fih jintużaw il-labar huwa magħruf bħala ‘vampire facial’, u skont esperti tal-ġilda, jekk isir kif suppost m’għandu jkun hemm l-ebda riskji. B’din il-proċedura jinġibed id-demm mill-wiċċ, jiġi sseparat il-plasma ta’ ġo fih, imbagħad jerġa’ jiddaħħal lura fil-ġilda.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fi Franza omm li ħbiet lit-tarbija tagħha f’but ta’ karozza li kien mimli dud għal kważi sentejn intbagħtet ħames snin ħabs, tlieta minnhom sospiżi. Rosa-Maria Da Cruz żammet lil bintha, Séréna…

Barranin

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump wasal f’Kalifornja fejn beda jżur il-postijiet milquta mill-agħar nirien fl-istorja ta’ dan l-istat Amerikan. Trump iddeskriva x-xena li ra sa issa bħala waħda ta’ swied…

Barranin

Instab is-sottomarin li sena ilu kien għeb b’44 membru tal-ekwipaġġ abbord. Is-sottomarin, ARA San Juan kien għeb 430 kilometru ‘l barra mill-kosta tal-Arġentina fil-15 ta’ Novembru. In-Navy kienet waqqfet il-missjoni…

Barranin

Aktar minn elf ruħ huma rrapportati nieqsa wara n-nirien li ħakmu l-istat Amerikan ta’ Kalifornja. Uffiċjali Amerikani qalu li għalkemm dan l-ammont tela’ drastikament minn 631, jista’ jkun li hemm…

Aktar