Qorti
Biżżejjed provi biex l-Ispettur Taliana jitpoġġa taħt att t’akkuża

Il-Qorti sabet bizzejjed provi biex l-Ispettur Elton Taliana jitpoġġa taħt att t’akkuża. L-Ispettur Taliana, li bħalissa jinsab sospiż mill-korp, qed jiġi mixli li żvela informazzjoni kunfidenzjali lill-avukati ta’ Yorgen Fenech.

Taliana, li għandu 41 sena, ċaħad l-akkuzi li għadda informazzjoni b’rabta ma’ investigazzjoni dwar Julian Hofstra, li kien konness ma’ allegat recordings ta’ Melvin Theuma b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Wieħed mix-xhieda tal-lum, uffiċjal tal-Pulizija mis-sezzjoni tal-IT, ikkonferma li l-login tal-ispettur Taliana kienet qed tiġi użata biex tinħareġ l-informazzjoni.