Lokali
Bjorn bl-aħħar missjoni tiegħu

Ix-xahar iddedikat għal marda tal-ALS huwa Mejju u propju għalhekk, Bjorn Formosa qed jappella lill-poplu Malti biex jerġa’ jkun ġeneruż u jagħti donazzjoni biex tinbena Dar Bjorn oħra.

Bjorn ħabbar li fondi biex tinxtara l-art għal din id-dar hemm iżda hemm bżonn l-għajnuna biex din tiġi żviluppata u ffinalizzata.

Huwa appella lill-Maltin biex jgħinuh fil-ħolma tiegħu billi jagħtu donazzjoni u jċemplu fuq 5180 2018  biex jagħtu €25 jew b’SMS fuq 5061 8936 għal donazzjoni ta’ €6.99.

Bjorn ħeġġeġ ukoll lill-Maltin jattendu bi ħġarhom attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi jew billi jorganizzaw attivitajiet huma b’risq Dar Bjorn.