Stejjer Umani
Bjorn jerġa’ jidħol l-isptar – jgħid li jħoss li daħal f’agonija ta’ tbatija

Bjorn Formosa reġa’ daħal l-isptar wara li 21 jum ilu għamel operazzjoni.

Fuq Facebook, Bjorn qal li qed iħossu agħar minn qatt qabel u li qed iħossu bla nifs, stordut u qisu għandu d-deni.

Huwa qal li sa jumejn qabel l-operazzjoni kien qed jegħleb kull sfida bis-siġġu tar-roti u bil-maskla.

Bjorn esprima li qed iħoss li daħal f’agonija ta’ tbatija.

Fil-messaġġ tiegħu qal li jiddispjaċih li martu Maria qed ikollha tgħaddi minn dan kollu miegħu.

Minkejja t-tbatija li qed jgħaddi minnha huwa temm il-messaġġ tiegħu b’mod pożittiv u qal li qed jipprova jiġġieled il-mewt. Qal li jeħtieġ l-għajnuna tan-nies biex fid-19 t’Ottubru jiftaħ Dar Bjorn ġdida.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Wara d-dehra mill-isbaħ li ħadet il-funtana ta’ Tritoni bis-saħħa tar-restawr, persuni li fl-aħħar jiem ittawlu fil-funtana kienu ddiżappuntati meta nnutaw li l-qiegħ kien qed jittebba’ xi ftit. It-tebgħat jidhru donnhom…

Kultura

Il-kantanta Taljana Francesca Alotta tinsab Malta biex għada tkanta flimkien mal-istudenti tal-iskola Mater Boni Consilii Saint Joseph, Raħal Ġdid, f’kunċert b’risq l-Istrina. F’intervista ma’ TVM, Francesca Alotta tkellmet fuq esperjenzi…

Qorti

Żewg Egizzjani li kienu fi triqithom lejn pajjizhom bil-flus li tawhom kollegi taghhom biex jghadduhom lill-familji, spiċċaw fil-għali. Huma ġew akkużati li kienu qed iġorru flus iktar milli tippermetti l-liġi….

Kisbiet

Għandha 93 sena, u kienet fost l-ewwel nisa li servew bħala deputati fil-Parlament. Ann Agius Ferrante, li kienet bint l-ex avukat ġenerali Philip Pullicino, tirrakkonta mumenti ħelwin kemm mal-ex Prim…

Aktar