Lokali
Bjorn jiddaħħal b’urġenza l-isptar

Fuq il-media soċjali, Bjorn Formosa, il-fundatur tal-għaqda mhux governattiva li taħdem fl-interess tal-pazjenti li jbatu mill-ALS, qal li ddaħħal b’urġenza l-isptar.

Jidher li Bjorn ma kienx qed jieħu nifs sew iżda minkejja dan qal li se jibqa’ jaħdem qatigħ għall-kawża li jemmen fiha.  Huwa qal li minkejja li saħħtu qed tbatti, huwa xorta se jkompli b’xogħlu mill-isptar stess sakemm jerggħu jirrilaxxawh.

Bjorn ħeġġeġ lill-pubbliku biex jgħinu jara l-ħolma tiegħuy sseħħ, dik li tinfetaħ it-tieni Dar Bjorn billi jagħti donazzjoni fuq  www.darbjorn.com jew b’SMS fuq 50618936 għal donazzjoni ta’ €6.99.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar