Stejjer Umani
Bjorn operat illum biex jgħix iktar u jwettaq il-ħolm tiegħu għall-ALS

L-attivist u filantropu Bjorn Formosa dalgħodu daħal l-isptar Mater Dei biex jiġi operat, intervent li se jħalli lil Bjorn bla leħen, iżda li biha mistenni jgħix iktar.

Dalgħodu, Bjorn kiteb fuq is-siti soċjali li jittama li kollox imur sew filwaqt li rringrazzja lil kull min għamillu kuraġġ u qed jitlob għalih.  F’kumment li ta lil Xarabank qabel daħal għall-operazzjoni, Bjorn qal ried jagħmel din l-operazzjoni biex jgħix għal martu Maria u għall-proġett kbir li jixtieq iwettaq qabel imut.

Bjorn fetaħ dar f’Ħal Qormi s-sena li għaddiet bl-isem ta’ ‘Dar Bjorn’ li qed tilqa’ 13-il persuna li jbatu mill-marda tal-ALS li tattakka n-nervituri.  Il-ħolma ta’ Bjorn hi li jiftaħ dar ikbar biex fiha jkunu jistgħu jingħataw għajnuna iktar pazjenti morda bl-ALS.

Ara wkoll:

Dar Bjorn tiftaħ il-bibien għal 13-il persuna li jbatu mill-ALS