Immigrazzjoni
“Bkejt ħafna fuq li ġara… il-Maltin ħa jaħsbu li m’aħniex grati”

Fiċ-ċentru ta’ Ħal Far reġgħet irrenjat il-kalma, anke jekk sa dalgħodu kien għad hemm sinjali tal-ħerba li ħallew warajhom l-immigranti li kienu involuti fl-irvellijiet vjolenti ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn.

Waqt li l-immigranti involuti fil-ġlied tressqu l-Qorti, residenti fiċ-ċentru li tkellmu ma’ TVM ikkundannaw l-aġir tal-immigranti li organizzaw jew ħadu sehem fir-rewwixta. Huma anke talbu apoloġija lil Malta u lill-Maltin.

Fl-istess waqt, il-Kap Eżekuttiv tal-aġenzija AWAS qal li l-istampa mhix kollha sewda, għaliex fl-irvellijiet kien hemm immigranti li taw protezzjoni lill-ħaddiema tal-aġenzija.

Kif il-crew ta’ TVM wasal quddiem iċ-ċentru ta’ Ħal Far, kważi 24 siegħa wara li ntemmet ir-rewwixta vjolenti minn grupp ta’ immigranti li kissru u ħarqu uffiċji u vetturi, iltqajna ma’ immigranti li esprimew id-dispjaċir tagħhom għal dak li ġara, b’wieħed minnhom jgħid li fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn qatta’ ħafna ħin jibki.

“I feel very, very sad, and I cried a lot,” qal l-immigrant żagħżugħ Nuri Mohammed min-Niġerja, li ilu sitt xhur jgħix fiċ-ċentru ta’ Ħal Far.

Huwa qal li jifhem ir-rabja li għandhom il-Maltin għall-aġir ta’ wħud mir-residenti fiċ-ċentru. Qal li għalkemm ħafna nies jaħsbu li l-Afrikani kollha huma l-istess, il-verità hi li huma differenti ħafna minn xulxin u dawk li instigaw l-irvellijiet ma jirrappreżentawx il-maġġoranza tal-immigranti.

“It is normal to express their feelings, and I feel very, very sad about that, so maybe we call them to calm down, I say so sorry Malta, because maybe they think all Africans are one, but we are different people, you understand,” qal Nuri.

Immigrant ieħor mis-Sudan t’Isfel li xtaq jibqa’ anonimu, qalilna hekk: “Sorry … really sorry Malta, not all of us agree with this action.”

L-immigranti li tkellmu magħna qalulna li issa s-sitwazzjoni fiċ-ċentru hija kalma, bil-Pulizija, l-uffiċjali tas-sigurtà u saħansitra wħud mill-immigranti dehru jnaddfu l-fdalijiet tal–ħerba li ħallew warajhom l-immigranti li kienu involuti fir-rewwixta.

Fl-istess waqt li qed isiru l-kontijiet tal-ħsarat, Mauro Farrugia, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-Ħarsien tal-Persuni li qegħdin ifittxu Ażil, l-AWAS kiteb fuq il-media soċjali li waqt l-irvellijiet kien hemm immigranti li għenu lill-ħaddiema tal-aġenzija.

Segwi hawn il-kummenti li Nuri ta lil Keith Demicoli:

 

Ara wkoll:

BĦALISSA: 3 immigranti jwieġbu mhux ħatja – jinżammu arrestati

“Kien hemm immigranti li qabżu għalina” – ħaddiem tal-AWAS

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Gvern qed ifassal abbozz ta’ liġi biex Malta jkollha Qorti tal-Ambjent fejn jinstemgħu u jiġu deċiżi każi ta’ reati ambjentali. Il-Ministru tal-Ambjent qal li għandu l-kelma tal-avukati li l-abbozz ta’…

Edukazzjoni

Fil-bidu tas-sena d-dieħla, studenti mill-Korea t’Isfel se jibdew jitħarrġu f’Malta biex jiggradwaw bħala tekniċi fil-manutenzjoni tal-ajruplani. L-istudenti se jitħarrġu fl-MCAST wara qbil bejn il-kulleġġ, żewġ kumpaniji privati u l-gvern tal-Korea…

Edukazzjoni

Il-Fondazzjoni LifeCycle għamlet għotja ta’ €25,000 lill-Università għar-riċerka dwar ċesti li jitrabbew fil-kliewi. Riċerkaturi ser jagħmlu stħarriġ dwar il-ġenetika ta’ din il-kundizzjoni li tintiret fil-familji u twassal għal mard serju…

Televiżjoni u Radju

Il-prevedibbli se jsir imprevedibbli waqt l-għodwiet min-nhar it-Tnejn li ġej ma’ Carlo, Gordon u Anna fuq Magic Malta 91.7 FM. It-tliet karattri vivaċi b’livelli varji ta’ esperjenza radjofonika se jieħdu…

Aktar