Passatemp
B’kollezzjoni ta’ eluf ta’ key chains mingħajr ma xtara waħda

Eluf ta’ key chains taħt saqaf wieħed, huma l-mimmi t’għajnejn Ġorġ Borġ, li faċilment jista’ jingħad li għandu l-ikbar kollezzjoni tagħhom f’Malta. Qatt ma xtara waħda, iżda huwa kburi li l-kollezzjoni tiegħu jġemmagħha mingħajr ma jixtri waħda.

Passjoni li nibtet meta kellu sitt snin. Ġorġ Borġ issa qabeż is-sittin imma xorta qalbu marbuta mal-kollezzjoni kbira ta’ key chains li ġemma sal-lum. Kien zijuh li tah l-ewwel key chains, li bdewlu l-kollezzjoni impressjonati. Il-ħitan tal-uffiċċju tiegħu mhux mimlija inkwadri, imma miksija b’ringiela – waħda wara l-oħra b’eluf ta’ key chains u mhux biss minn Malta.

George Borg qal “hawn Malta wara ċertu żmien tingħalaq għax ma ssibx iktar, u jkollok kollha, imma ovvjament għandi ħafna ħbieb barra, bdew jibagħtuli u jien nibagħtilhom u komplejna npartu.”

Key chain waħda qatt ma xtara. “Le, le ma nixtrix, mhux kollezzjoni għalija jekk nixtri. Hemm ħafna nies li jġemmgħu key chains li mhumiex reklami, tiegħi 95% kollha reklami.”

Reklami għandu kemm trid. Minn key chains ta’ politiċi, sa oħrajn ta’ ikel, ħelu, xorb, prodotti tal-ħasil u dizzjunarju key chain mill-Ingliż għat-Taljan, li sab ruħu wkoll fil-kollezzjoni tas-Sur Borġ. Ġeluż għall-kollezzjoni tiegħu, u ma jħalli lil ħadd imissha.

“Ħadd ma jista’ jmisshom. Anke jekk jiġu t-tfal tat-tfal jippruvaw ibagħbsu ‘l hawn u ‘l hemm ngħidilhom insa, ħalli jmissu kollox barra dawk” qal Ġorġ.

Is-superstizzjoni jżżommu milli jgħoddhom. Bi tbissima qal li jħossha bħal xorti ħażina jekk jipprova jgħodd il-kollezzjoni kollha. Għalkemm issa ddeċieda li jibda b’xi mod jagħmel rendikont tal-kollezzjoni tiegħu.

“Għalissa ma rridx ngħoddhom żgur. Għalissa qiegħed fil-proċess biex indaħħal kollox fuq excel sheet ħalli nkun naf x’għandi u x’ma għandix.”

Kollezzjonist issir, u ma tiqafx. Qalb ir-ringieli kollha li jiksu l-ħitan tal-uffiċċju ta’ George Borg, u l-kaxxi mimlija daqs bajda bil-key chains, in-namra biex iġemma ma tafx tmiem.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar