Lokali
“B’kors fil-First Aid tista’ ssalva ħajja qabel tiġi l-ambulanza” – Dr Spiteri

Speċjalista tal-emerġenza fl-isptar Mater Dei, Dr Michael Spiteri qal li hemm bżonn li kulħadd minn tfal sa kbar ikun mgħallem il-first aid, għaliex kieku ħafna iktar nies isalvaw ħajjithom. It-tabib Spiteri qal li għalkemm l-istaff tal-ambulanzi jagħmlu ħilithom speċjalment meta każ ikun bejn ħajja u mewt, l-għajnuna mmedjata ta’ min ikun qrib taf tkun kruċjali jekk bniedem jibqax jgħix jew le.

L-ispeċjalista fid-Dipartiment tal-Emerġenza t-tabib Michael Spiteri qal lil TVM li fis-sajf l-iktar sejħiet ikollhom għal għajnuna jiġru f’xatt il-baħar.

Dr. Michael Spiteri qal “jista’ jkollok raġunijiet ambjentali, jew mediċini, pazjent jista’ qed jgħum, bħal ħass ħażin, attakk tal-qalb, aċċessjoni u ma setax jgħum u jkollok imwiet assoċjat magħhom”.

Dr Spiteri stqarr li l-pubbliku f’dawn is-sitwazzjoni jipprova jgħin mil-aħjar li jista’. Saħaq li madankollu sakemm jasal it-tim mediku, importanti li l-għajnuna tingħata kif suppost minn persuni li jkunu tħarrġu b’kors tal-first aid li jagħti l-għodda bazika ta’ kif jiġu ttrattati emerġenzi differenti minn attakk tal-qalb sa korrimenti.

Dr Spiteri qal li jemmen li t-tfal għandhom ikunu mgħallma l-kors tal-ewwel għajnuna fl-iskejjel, u li jkun hemm motivazzjoni biex kulħadd jitgħallem kif jagħti l-ewwel għajnuna għax sakemm tiġi l-ambulanza jista’ jkun tard wisq.

Dr Michael Spiteri qal “nemmen li kull persuna f’Malta jkollu l-first aid, hemm diversi mudelli, jista’ jkun hemm skejjel, jew meta tiġi mogħti liċenzja tas-sewqan, għax l-istorja ta’ pazjent tinkiteb fl-ewwel tlett minuti wara l-aċċident”

It-tabib Spiteri appella wkoll għall-prevenzjoni, fosthom li wieħed ma jgħumx jekk ikun għadu kif xorob alkoħol, u li ma jmurx fix-xemx jew jgħum jekk iħossu ma jiflaħx.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Kisbiet

Imwieled Malta u emigra lejn l-Awstralja 44 sena ilu wara li gradwa mill-Università ta’ Malta dak iż-żmien kienet magħrufa bħala The Royal University of Malta. F’intervista ma’ TVM, il-Professur Stephen…

Aktar