Kurżitajiet
Bl-eżerċizzju biss ma tonqosx fil-piż

Iċ-ċans huwa li bdejt is-sena l-ġdida bi ftit kilos iktar milli spiċċajt is-sena li għaddiet.  Kull Jannar, waħda mir-riżoluzzjonijiet dejjem tkun li tonqos fil-piż!  U jekk qed tfittex mezz kif jirnexxielek, tajjeb taqra dawn il-ftit pariri.

Esperti fil-qasam huma tal-fehma li dak li ma tiekolx huwa iktar importanti minn kemm tagħmel eżerċizzju.  Huwa ftit biss minn dak li tiekol u tixrob li jinħaraq bl-eżerċizzju.  Infatti jeżistu 3 fatturi li jaħarqu l-ikel – ir-rata tal-metaboliżmu, id-diġestjoni tal-ikel mill-ġisem, u l-attività fiżika.

Studju juri kif ir-rata ta’ metaboliżmu hija ta’ bejn 60% u 80% u iktar ma tikber fl-età iktar tonqos din ir-rata, sakemm ma żżidx it-toqol tal-muskoli biex tħalli l-metaboliżmu jaħdem fl-istess livell ta’ meta tkun iżgħar.

10% tal-kaloriji jinħarqu minn kif il-ġisem ineħħi l-ikel li jkun ikkonsma, filwaqt li bejn 10% u 30% jinħarqu bl-eżerċizzju.  Dan ifisser li l-ammont huwa żgħir wisq biex jagħmel xi differenza għal min ikun qed jagħmel id-dieta.

Riċerkaturi mill-Iskola Medika ta’ Harvard, mixja ta’ 30 minuta taħraq 200 kalorija jekk il-pass ikun mgħaġġel.  Biex tiekol 200 kalorija tkun trid tieħu 4 chocolate chip cookies, nofs scoop ġelat jew ftit inqas minn żewġ tazzi inbid.

Għalkemm tista’ tkun cliché iżda iktar ma tonqos bil-mod iktar hemm ċans li ma tirkupax malajr il-piż li tkun tlift.  Minkejja dan, ma jfissirx li m’għandekx tagħmel eżerċizzju għax l-attività fiżika hija siewja għall-ġisem biex issaħħaħ il-muskoli u l-flessibilità tal-ġisem.

Iktar ma tkun b’saħħtek iktar hemm ċans li tikkumbatti l-mard, ikollok burdata iktar tajba u tiġġieled id-dipressjoni.  Imma ftakar li bl-eżerċizzju biss mhux se tonqos!

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ta’ kull filgħodu Vinod Kapri, Indjan li jaħdem fix-xena tal-films minn New Delhi jiċċekkja Twitter. Biss ftit kien jaf li dik it-tfittxija fuq Twitter mhix tas-soltu u se tibdillu ħajtu….

Barranin

F’Toronto l-Kanada, erba’ persuni indarbu fi sparar li seħħ waqt ċelebrazzjoni għar-rebħa tat-tim tal-Basketball Toronto Raptors. L-attakk seħħ matul il-jum, waqt li eluf ta’ nies entużjasti għal dan it-tim tal-basketball…

Barranin

L-ex president Eġizzjan Mohammed Morsi miet fil-Qorti waqt li kienet qed tinstema x-xhieda kontrih. Morsi ħassu ħażin u miet fl-awla. Morsi, li kellu 67 sena, kien qed jattendi smigħ tas-seduta…

Barranin

Dokument ippubblikat illum mill-Vatikan ħabbar l-intenzjoni li s-sinodu jiddiskuti l-possibiltà li rġiel miżżewġa f’partijiet mill-Amerka Latina jitħallew jidħlu għas-saċerdozju. Il-materja se tittella’ quddiem is-sinodu, li se jitlaqqa’ f’Ottubru li ġej,…

Aktar