Lokali
“Bl-isfidi mhux naqta’ qalbi imma niġġieled”

UMANI tal-lum jitratta l-istorja ta’ Vanessa Cassar li twieldet bil-kundizzjoni ‘cerebral palsy’, li kawża tagħha timxi bil-krozzi.

Vanessa ma ħalliet xejn iwaqqafha, studjat, ħadmet f’xogħlijiet prestiġġjużi, hija omm, u llum hija parti mit-tim tal-Kummissjoni Nazzjonali għad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità.

L-ikbar ħabiba tagħha hija Christine Mifsud, mara nieqsa mid-dawl u li taħdem magħha, u flimkien idawlu kamra bil-ferħ u l-entużjażmu tagħhom.

Vanessa hija kuraġġuża u tgħid li d-diżabilità għallmitha tkun b’saħħitha iktar u ma taqta’ qalbha minn xejn, anki biex trabbi lil bintha bl-aħjar mod u ttiha dak kollu li hu possibli għal ħajja tajba.

UMANI llum s-Sibt, 4.30pm fuq TVM, bi produzzjoni u preżentazzjoni tal-ġurnalista Maria Muscat u direzzjoni ta’ Godfrey Smith.