Unjoni Ewropea
Bla ftehim Brexit se jħarbat kollox – Alfred Sant

Għall-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant, l-isfidi taż-żona Ewro huma ta’ natura politika u biex iżżomm sod qal li hemm bżonn ta’ strutturi sodi.

Meta kien qed jindirizza sessjoni t’informazzjoni f’għeluq l-20 sena mill-użu tal-munita Ewro fl-Unjoni Ewropea, Dr Sant qal li l-miżuri li jistgħu jittieħdu huma limitati jew isibu problemi biex jitwettqu.  

L-MEP qal li l-Ewro nnifsu għandu l-vantaġġ kbir li hu popolari mal-maġġoranza taċ-ċittadini Ewropej, li għadhom iridu l-munita komuni, inklużi saħansitra ċ-ċittadini Griegi li batew minħabba l-awsterità li ġiet imposta fuqhom.

Fi skambju kontinwu mal-pubbliku, Dr Sant kopra diversi temi fosthom Brexit u l-impatt tagħha u qal li bla ftehim Brexit se jħarbat kollox għax ikunu jridu jerġgħu jiddaħħlu l-kontrolli tad-dwana u t-tariffi.    

Id-diskussjoni kienet organizzata mill-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta u saret f’Dar l-Ewropa, il-Belt Valletta.

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 90 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar