Kisbiet
Bla liċenzja iżda għaqqad lid-dilettanti tar-Rolls Royce u l-Bentley

Il-karozzi Bentley u Rolls Royce huma distintivi u magħrufa għal-lussu.

Kristian Cini għad għandu sbatax-il sena, iżda għalkemm għad m’għandux l-età biex isuq, huwa dilettant kbir tal-karozzi Bentley u Rolls-Royce. Huwa qed jaħdem biex jgħaqqad lid-dilettanti ta’ dawn il-karozzi klassiċi fi club bl-isem Rolls Royce and Bentley Club Malta.

L-interess ta’ Kristian f’dawn it-tip ta’ karozzi nibet daqs erba’ snin ilu, meta missieru xtara Rolls-Royce u rrestawrawha flimkien. “Dejjem noħorġu bih il-Ħadd, u nara daqqa waħda ‘l hemmhekk u waħda ‘l hawnhekk, u għedt għax ma norganizzax club, ngħaqqadhom kollha flimkien, u qbadt tfajt post fuq Facebook.”

U l-Ħadd filgħodu numru ta’ dilettanti u sidien tar-Rolls-Royce u Bentley saqu l-vetturi taghhom lejn id-Domus Rumana fir-Rabat ghall-ewwel appuntament taghhom flimkien.

“Huma karozzi lussużi, huma karozzi ta’ ċerti klassi. Filwaqt li huma karozzi ta’ ċertu klassi, huma wkoll sportivi u jiġru u hekk, allura għandhom kull element li tixtieq f’karozza.”

L-istorja ta’ Bentley u Rolls Royce tmur lura għall-bidu tas-seklu għoxrin. Bentley Motors twaqqfet minn Walter Owen Bentley, bl-ewwel karozzi li ġġib ismu terqet fit-toroq ta’ Londra sewwa sew mitt sena ilu.

Ftit snin qabel, Henry Royce u Charles Rolls ingħaqqdu u flimkien taw bidu għall-kumpanija Rolls-Royce. Fl-1907, is-Silver Ghost kisbet suċċess kbir tant li kienet iddikkjarata bħala l-aqwa karozza tad-dinja.

Il-ħolma ta’ Kristian hi li meta jġib il-liċenzja hu wkoll ikun sid u jsuq waħda minn dawn il-karozzi.

“Il-karozza tad-daddy nittama xi darba nibda nsuqha jien – inkun ix-xufier tiegħu – imma xi darba eħe żgur li jkolli karozza minn dawn.”

Aħbarijiet Oħra
Enerġija

Fil-budget, il-Gvern ħabbar li se jagħti għotja ta 25%, sa massimu ta’ €1,000, biex jinxtraw batteriji għall-ħażna tal-enerġija rinnovabbli. Għal din l-għotja se jkunu eliġibbli l-familji li għandhom pannelli tax-xemx…

Lokali

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza tal-ġeneru kklassifika lil Malta fil-ħmistax il-post, kważi nofs triq fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. L-indiċi jkejjel diversi fatturi li jiddeterminaw il-kwalità ta’ ħajja tan-nisa f’pajjiżi Ewropej, mix-xogħol,…

Sajd

Ċifri għall-2017 maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-industrija tat-tonn f’Malta ipproduċiet 13,000 tunnellata ta’ tonn, b’valur ta’ kważi €170 miljun li 90% minnu ġie esportat lejn il-Ġappun. Il-Federazzjoni Maltija…

Ambjent

Il-Gvern u l-Oppożizzjoni ppreżentaw mozzjonijiet kontrastanti dwar l-emerġenza fil-klima bil-mozzjoni tal-Gvern temenda dik tal-Oppożizzjoni li trid li jitwaqqaf kumitat parlamentari li jkollu s-setgħa jaħtar superintendent biex jiżġura li Malta tilħaq…

Aktar