Qorti
Bla maħfra jaf qatt ma jkun hemm żblokk fil-każ – L-Avukat Edward Gatt

L-Avukat Edward Gatt qal li meta tingħata maħfra Presidenzjali, qatt ma jista’ jkun hemm serħan il-moħħ totali, iżda mingħajr maħfra jista’ jkun li qatt ma jkun hemm żblokk biex il-prosekuzzjoni jkollha suċċess fil-każ.

L-Avukat Gatt kien qed jitkellem waqt l-aħbarijiet ta’ TVM fid-dawl tal-iżviluppi li seħħew illum b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, fejn persuna suspettat li kien ‘middleman’ fl-omiċidju talab maħfra biex jiżvela min kien il-mandant. Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li kienet lest jirrakkomanda maħfra biss jekk ix-xhieda twassal biex il-mandant jitressaq il-Qorti.

Dr Gatt spjega x’inhuma r-riskji li ġġib magħha maħfra Presidenzjali, u b’liema mod ix-xhieda tal-persuna li tkun ingħatat maħfra tista’ tiġi mtappna. Madanakollu, qal li dan l-iżvilupp għandu jgħin ħafna lill-Pulizija, li se jkollhom informazzjoni ġdida fuqhiex jaħdmu.

Mistoqsi jekk hux se jibqa’ lok għall-inkjesta pubblika indipendenti, Dr Gatt qal li l-inkjesta pubblika mhix relatata mal-investigazzjoni kriminali, u għalhekk l-iżviluppi tal-lum m’għandhomx jaffettwaw l-inkjesta pubblika.

Ara wkoll:

Maħfra biss jekk is-suspettat jagħti provi biex il-moħħ wara l-qtil ta’ Caruana Galizia jitressaq il-Qorti

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei, u oħrajn il-policlinic ta’ Ħal Kirkop, wara li għall-ħabta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar, seħħet ħabta bejn ħames karozzi f’Ħal Luqa. Karozza tat-tip Ford Escort…

Politika

L-eks Chief of Staff Keith Schembri ssejjaħ fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija llum waranofsinhar, b’rabta mal-investigazzjoni fl-impjieg finta ta’ Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Theuma xehed fil-Qorti li kien…

Edukazzjoni

Il-Malta Union of Teachers fakkret il-mitt sena mit-twaqqif tagħha permezz ta’ monument ġdid fil-Mall tal-Floriana. Il-monument juri tifla bil-qiegħda taqra ktieb. Warajha bieb miftuħ li jissimbolozzia l-kunċett ta’ moħħ li…

Politika

Wara x-xhieda ta’ Melvin Theuma fil-Qorti aktar kmieni din il-ġimgħa, fl-aħħar sigħat il-Pulizija kellmet diversi uffiċjali fl-investigazzjoni tagħha dwar l-impjieg finta tal-istess Theuma. Sorsi li tkellmu ma’ Television Malta qalu…

Aktar