Għexu tlett ijiem f’kamp li bnew fuq il-baħar

Kamp fl-eqqel tas-sajf ma tantx huwa ideali fis-sħana ta’ Malta, iżda fl-istess waqt dan huwa żmien meta t-tfal u ż-żgħażagħ ikollhom il-vaganzi u jkunu jistgħu jikkampjaw.

kamp bahar 1Kien għalhekk li Stella Maris College Scout Group iddeċieda li jibni kamp fuq il-baħar. Hekk dawk li jikkampjaw ikunu jistgħu jiffriskaw b’attivitajiet fl-ilma.

L-iscouts bnew ċatra tal-injam li serviet bħala bażi għall-kamp fuq il-baħar, li fuqu qattgħu diversi jiem. Fuq din iċ-ċatra l-iscouts irnexxielhom isajru, jieklu u jorqdu.

Naturalment il-kamp, ankrat ‘il barra mill-Exiles f’Tas-Sliema, serva wkoll bħala ċentru li minnu saru l-attivitajiet matul dan il-kamp.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Aktar