Kronaka
“Bniedem leali u ġentlom” – sħab Charlie fil-Banda Imperial

Tmiem ħażin wara btala tal-familja Borg mill-Mellieħa meta Charlie Borg, magħruf bħala “Charlie ż-Żgħir”, li kellu 67 sena tilef ħajtu meta safa mtajjar f’inċident li seħħ għall-ħabta tat-tmienja u nofs tas-Sibt filgħaxija, fi Triq Bir Miftuħ, il-Gudja – fit-triq li tagħti għal parkeġġ u t-terminal tal-ajruport internazzjonali ta’ Malta.

Television Malta jinsab infurmat li l-inċident seħħ meta Charlie flimkien ma’ martu wasal lura Malta minn btala fir-Renju Unit. Waqt li martu kienet qed tistennieh fl-ajruport bil-bagalji, żewġha Charlie mar iġib il-karozza li halla ipparkjata ftit il-boghod mill-ajruport fil-Gudja.

Iżda Charlie baqa’ ma rritornax għax fi triqtu għal karozza safa’ ttajjar minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 37 sena minn Ħal Qormi fit-triq li tagħti lejn id-daħla tal-ajruport. Charlie Borg ġie ċertifikat mejjet fuq il-post tal-inċident. It-triq ingħalqet għat-traffiku sakemm l-esperti nominati mill-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras għamlu x-xogħol relatat mal-inkjesta.

Malli ġriet l-aħbar inħass sens ta’ luttu speċjalment fil-każin tal-Għaqda Mużikali Imperial fejn il-vittma kien membru attiv. Il-President tal-Għaqda, Josef Borg, iddeskriva Charlie, li kien Assistent Direttur tal-każin, bħala bniedem leali u ġentlom.

“Konna qed nistennewh lura u ma wasalx – dalgħodu nħsadt għax ċemplitli l-mara tiegħu -ħsibt li ċempel bħas-soltu għax il-mobile kien tiegħu imma xħin ħadt l-aħbar – kiefra – kien għadu jbigħ is-saħħa”.

Il-każin Imperial kien vistuz b’sinjal ta’ rispett għal Charlie waqt li qed iħejji biex jagħtih l-aħħar tislima.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Charlie Borg ittajjar barra l-ajruport hekk kif wasal minn btala

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Is-Surġent Simon Schembri qal fi stqarrija li m’għandux x’jaqsam mal-uffiċjali li qed jiġu investigati b’rabta mal-allegat abbuż ta’ sahra u extra duties. Fi stqarrija fuq il-paġna Simon Schembri Blue Light…

Immigrazzjoni

Il-Forzi Armati ta’ Malta kkonfermaw ma’ TVM li dalgħodu ddaħħlu 106 immigrant fXatt it-Tiben bil-P52. Mistoqsija hux mistennija aktar immigranti, l-AFM wieġbet li mhemm xejn ikkonfermat għalissa.

Lokali

Wara l-ħsara teknika fil-Freephone 153 sa minn kmieni lbieraħ filgħodu, matul dawn l-aħħar sigħat is-service provider għamel it-testijiet meħtieġa. Fi stqarrija ntqal li jidher li l-problema li kien hemm ġiet…

Kronaka

Mara ta’ 69 sena qed issofri ġrieħi gravi wara li seħħe splużjoni fir-residenza tagħha fis-Swieqi. L-inċident seħħ ilbieraħ fit-8:15 fi Triq is-Siegħ. Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u uffiċjali tal-Pulizija…

Aktar