COVID-19
‘B’nuqqas ta’ dawl diffiċli nżomm distanza soċjali’

Mara b’nuqqas ta’ dawl appellat biex issa li se jiġu mtaffija xi miżuri, wieħed jirrispetta persuni li minħabba d-diżabilitá tagħhom ma jistgħux minn jeddhom iżommu d-distanza soċjali. Christine Mifsud qalet lil TVM li għandu jkun hemm għajnuniet bħal tabelli apposta biex persuni b’diżabbiltà jkunu jistgħu jirrispettaw l-obbligi tas-saħħa biex jipproteġu lilhom infushom u lil ta’ madwarhom.

Christine Mifsud omm ta’ żewġt itfal li għandha problemi ta’ vista, qalet lil TVM li ilha xahrejn ġewwa minħabba li hija vulnerabbli u tinsab imħassba dwar x’se jiġri meta tkun tista’ toħroġ għall-qadjiet l-Isptar Mater Dei jew inkella qadjiet ta’ bżonn. Spjegat li filwaqt li persuna bla diżabilità tista’ żżomm distanza soċjali għax tkun qed tara x’hemm madwarha, nies bħalha jridu għajnuniet biex jagħmlu dan.

“Jekk ma tkunx qed tara, nikkalkula d-distanza bil-ħoss jekk ikun hemm min ikellimni, imma għax-xiri, markings mal-art, u tabelli ma nħossnix safe, jew nittawwal fil-ħanut kemm hemm numru ta’ nies.”

Filwaqt li ħerqana li l-pajjiż jiġi għan-normalità, is-sinjura Mifsud qalet li tixtieq li jkun hemm marki, u tabelli u affarijiet oħra biex persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jżommu d-distanzi soċjali huma wkoll.

”Persuna jekk tarah bil-bastun abjad jew kelb ikun hemm min jassisti, fejn irridu noqgħodu, sinjali jinqraw, kemm jista’ jkun il-markings tactile, ma jqumux ħafna flus.”

Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, Oliver Scicluna qal li jaqbel mal-ftuħ tal-ekonomija iżda hemm bżonn li jsiru inizjattivi għal persuni vulnerabbli.

”Se nagħmel li nista’ biex mal-awtoritajiet Innaqqsu tbatijiet u frustrazzjonijiet, għandu jkun hemm bajjiet riżervati għal persuni vulnerabbli biex jgħumu bħal ħaddieħor.”

Is-Sur Scicluna qal li hemm bżonn triq ‘il quddiem għal min hu vulnerabbli fosthom tfal b’diżabilità li għandhom bżonn jerġgħu jibdew jieħdu t-terapiji li għandhom bżonn.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Politika

L-Avukat Ġenerali rrefera għall-parir li huwa ta lill-Pulizija fis-16 ta’ Mejju 2016, u sostna li dan imkien ma rrakkomanda t-twaqqif ta’ xi investigazzjonijiet jew tal-ġbir ta’ provi kontra xi professjonisti,…

Aktar