Lokali
Bocelli jistqarr li Calleja huwa wieħed mit-tenuri favoriti tiegħu

It-tenur Taljan ta’ fama mondjali Andrea Bocelli stqarr fuq Facebook li Joseph Calleja huwa wieħed mit-tenuri preferuti tiegħu li bħalissa hawn fix-xena lirika mondjali.

F’kitba ftit tal-ħin ilu fuq Facebook, Bocelli qal li qabel ma sar jafu, kien jammira t-timbu vokali tat-tenur Malti, iżda issa li ħadem miegħu, jista’ japprezza wkoll il-qalb kbira li għandu.

Min-naħa tiegħu, it-tenur Malti Joseph Calleja wieġeb b’kitba oħra fuq Facebook, li fiha qal li iħossu onorat bil-kliem ta’ Bocelli u rringrazzjah minn qiegħ qalbu.

Bocelli ħa sehem bħala l-mistieden ewlieni tal-kunċert annwali li jtella’ Joseph Calleja fis-Sajf quddiem il-folla li ħonqot il-Fosos tal-Floriana, is-Sibt li għadda.

Il-kunċert fakkar l-20 sena mid-debutt ta’ Calleja fix-xena mużikali lirika, u li fih ħa sehem Sir Bryn Terfel, is-sopran Maltija Gillian Zammit, u l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, fost l-oħrajn.

 

Aħbarijiet Oħra
Avjazzjoni

Żvelata d-dehra l-ġdida tal-akbar ajruplan li jtajjar il-bandiera Maltija – Airbus A380 – tal-kumpanija HiFly. L-ajruplan li ġie rreġistrat f’Malta dan ix-xahar iġorr qrib il-500 passiġġier, b’faċilitajiet lussużi għal dawk…

Kultura

Tmien disinjaturi tal-moda, seba’ barranin u Malti, se juru l-kollezzjonijiet il-ġodda tal-ħwejjeġ u l-aċċessorji fil-Palazz tal-Verdala bħala parti minn serata b’tiżwiqa ta’ kultura u moda. TVM tkellem ma’ disinjatriċi Taljana,…

Kronaka

Mara ġiet rikoverata wara li kienet riekba fuq mutur li ħabat ma karozza fil-limiti ta’ Ħal Tarxien. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.00 ta’ filgħaxija fi Triq tal-Barrani. Il-Pulizija qalet li mill-ewwel…

Knisja Maltija

It-tokki tal-arloġġ tal-Katidral Metropolitan tal-Imdina, fl-ewwel kwarta ta’ kull siegħa se jkunu minn qanpiena ġdida li ħadet post waħda li kienet ilha fil-kampnar aktar minn 500 sena. Il-qanpiena nħadmet f’funderija…

Aktar