Barranin
Bohemian Rhapsody jirbaħ 2 kategoriji ewlenin tal-Golden Globe Awards

Il-film Bohemian Rhapsody dwar il-band Queen u l-kantant leġġendarju Freddie Mercury, rebaħ żewġ golden globe awards fis-serata li saret matul illejl li għadda. Il-film kiseb l-premju għall-aqwa film, u għall-aqwa attur, b’Rami Malek jirbaħ dan l-unur għall-interpretazzjoni eċċellenti tiegħu ta’ Freddie Mercury. Il-film A Star is Born li kien imsemmi li se jkaxkar bosta awards, bl-attriċi prinċipali Lady Gaga kiseb biss premju wieħed għall-aqwa kanzunetta.

Il-Golden Globe Awards ta ferħa lit-tim tal-film Bohemian Rhapsody, b’żewġ membri tal-grupp leġġendarju Queen, Brian May u Roger Taylor iddeskrivew is-sodisfazzjon tagħhhom li wara snin ta’ ħidma, irnexxielhom jagħtu ġieħ lill-kantant ħabib tagħhom Freddie Mercury. Il-film rebaħ l-award għall-aqwa film, u għall-aqwa attur, Rami Malek li issa li rebaħ il-golden globe award qed jissemma’ ħafna li x-xahar d-dieħel jista’ jikseb ukoll oscar. Rami Malek, ta’ 37 sena, huwa attur Amerikan ta’ dixxendenza Eġizzjana.

Rami Malek qal “to Queen, to you, Brian May, to you, Roger Taylor, for ensuring that authenticity and inclusive exists in the music and in the world and all of us. Thank you to Freddie Mercury for giving me the joy of a lifetime. I love you, you beautiful man. This is for and because of you, gorgeous.”

Film ieħor li għamel suċċess fil-Golden Globes ta’ din is-sena kien Green Book, li minbarra l-award għall-aqwa film mużikali jew komiku, rebaħ ukoll l-award għall-aqwa attur f’parti sekondarja, għall-attur Mahershala Ali, u Golden Globe ieħor għall-aqwa Screenplay.

Il-film A Star is Born fejn l-attriċi prinċipali kienet Lady Gaga, rebaħ biss award wieħed, għall-aqwa kanzunetta oriġinali bit-titlu ta’ Shallow.

Lady Gaga qalet “as a woman in music, it’s really hard to be taken seriously as a musician and as a songwriter and these three incredible men — Andrew Wyatt, Anthony Rossomando, Mark Ronson — standing with me, they lifted me up, they supported me”

Golden Globes oħra ntrebħu għall-aqwa attriċi mill-veterana Glenn Close fil-film The Wife u Christian Bale għall-aħjar attur fil-film Vice. Il-Golden Globe Awards huma meqjusa bħala l-preludju għall-Oscars, li din is-sena jsiru fil-25 ta’ Frar.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Evakwazzjoni drammatika ta’ iktar minn 1,300 passiġġier minn cruise-liner li waqaf ħesrem ‘il barra mill-kosta Norveġiża lbieraħ. Il-cruise liner MV Viking Sky inqabad f’baħar imqalleb u riħ qawwi. B’kollox madwar…

Brexit

Aktar ma jmur aktar qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Theresa May. Dan hekk kif qed jingħad li jista’ jirnexxilha tikseb aktar appoġġ fuq il-ftehim tagħha dwar Brexit jekk…

Barranin

Madwar 1,300 passiġġieri qed jiġu evakwati minn fuq vapur tal-cruises ‘il barra mill-kosta tal-punent tan-Norveġja. Il-Pulizija Norveġiża qalet li l-vapur kellu problemi fil-magna u għalhekk dawk kollha abbord qed jittellgħu…

Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Aktar