Boko Haram jattakkaw belt importanti fin-Niġerja

Ġellieda mill-grupp militanti Iżlamiku Boko Haram fetħu attakk fuq il-belt ta’ Maiduguri fil-Grigal tan-Niġerja.

Rapporti qed jgħidu li għaddej ġlied qalil fil-periferija tal-belt hekk kif il-militanti qed jippruvaw jidħlu f’Maiduguri.

Il-militar qed jattakka mill-ajru filwaqt li kien impost ukoll ħin biex kulħadd ikun ġewwa.

Maiduguri NigeriaMaiduguri hija dar għexieren ta’ eluf ta’ nies li ħarbu mill-attakki tal-Boko Haram.

Il-bieraħ żar il-belt il-President Goodluck Jonathan.

Boko Haram li tfisser “L-edukazzjoni tal-Punent hija projbita” fil-lingwa Hausa, beda operazzjoni militari fl-2009 biex iwaqqaf stat Iżlamiku.

Sallum inqatlu eluf ta’ nies ħafna minnhom fil-Grigal tan-Niġerja.