
Sabiex jitfakkar il-100 sena anniversarju tas-Sette Giugno nħarġet bolla bl-isem 100th Anniversary – Sette Giugno Events 1919.
Il-bolla għandha valur ta’ €5.59 u hi ta’ daqs 31mm x 44mm b’perforazzjoni ta’ 13.9 x 14.0. Il-miniature sheet hi ta’ daqs 120mm x 80mm u għandha l-watermark bis-salib ta’ Malta. Il-bolla turi l-monument tas-Sette Guigno fl-isfond tal-bandiera Maltija. Il-bolla u l-miniature sheet kienu ddisinjati mill-MaltaPost.
MaltaPost u l-Bank Ċentrali ta’ Malta se joħorġu prodott konġunt ta’ Silver Foil Replica u munita kommemorattiva b’tikfira tal-100 anniversarju mill-avvenimenti tas-Sette Giugno. Il-munita li kienet ddisinjata minn Noel Galea Bason għandha valur ta’ €10. Hi għandha dijametru ta’ 38.61mm u turi konfront bejn folla ta’ nies u suldati armati. Il-bolla tal-fidda turi l-bolla tal-pustaġġ tal-€5.95 mis-sett ‘100th Anniversary Sette Giugno Events 1919-2019’ li se tinħareġ illum. Is-sett huwa ppreżentat ġo kaxxa flimkien maċ-ċertifikat ta’ awtentiċità u l-prodotti jistgħu jinkisbu kemm f’sett u anki separati.



Dalgħodu l-pulizija reġgħet bagħtet għall-eks chief of staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri. Television Malta jinsab infurmat li dalgħodu l-Pulizija mit-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi reġgħet interrogat lis-Sur Schembri u tteħditlu wkoll stqarrija….
Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza l-folla li nġabret in-Naxxar fejn qal li ”xogħlna issa li nħarsu ‘l quddiem.” Huwa qal li jinsab kburi b’dan il-moviment u f’dan kollu ”l-aħna akbar…
Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 8 ta’ Diċembru 2019. Fl-ewwel paġna ta’ The Sunday Times of Malta insibu ritratt tal-laqgħa tal-Prim Ministru Joseph Muscat mal-Papa Franġisku…
Kuxjenza ambjentali qed dejjem titqawwa. Xhieda ta’ dan hi l-inizjattiva li ħadu numru ta’ għaqdiet u l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop li din is-sena ddeċieda li jlibes il-libsa festiva lir-raħal…