Bordijiet tal-gvern se jżidu membru li jkun persuna b’diżabiltà
 
Uħud mill-bordijiet tal-gvern se jżidu membru li jkun persuna b’diżabiltà. Din se tkun fost il-miżuri li se jittieħdu fil-politika nazzjonali għad-drittijiet ta’ persuni b’diżabiltà li se titnieda llum.
Fil-jum ddedikat għad-drittijiet ta’ persuni b’diżabiltà, il-gvern se jniedi l-politika dwar il-persuni b’diżabiltà. Fost il-miżuri li se jitħabbru hemm l-inizjattiva biex għadd ta’ bordijiet u awtoritajiet ewlenin ikollhom rappreżentanza ta persuni b’diżabiltà.
Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana qalet li dan ser jagħti vuċi lil persuni b’diżabiltà.
“Fuq il-karta s’issa kellna ħafna drittijiet iżda issa wasal iż-żmien biex id-drittijiet nibdew nattwawhom biex dawn id-drittijiet ikunu reali u ta’ veru,” qalet Justyne Caruana.
U fl-okkazzjoni tal-ġimgħa dedikata lil persuni b’diżabiltà, l-Ħadd li ġej, se jingħata għall-ewwel darba il-premju għas-soċjetà ġusta. Dan se jkun maqsum fi tliet kategoriji, bl-aktar wieħed prestiġjuż fi kliem is-Segretarju Parlamentari hu dak li jippremja persuna b’diżabiltà għall-attiviżmu tagħha.
Fiċ-ċeremonja tal-premjazzjoni, il-persuni b’abbiltajiet differenti ser ikun protagonisti  mal-band popolari Wintermoods.
“Se jkun hemm dawn il-performers li jingħaqdu magħna fihom. Pero bħla atmosfera tat-teatru se tkun xi ħaġa speċjali. Ċelebrazzjoni ta’ inklużjoni, hawn ħafna awareness bħalissa biex jiġu nklużi fis-soċjeta bħal xi ħaġa normali li jgħatu kontribut daqs li kieku krejt lil xi ħadd mużiċisti,” spjega Ivan Grech il-kantant tal-grupp Wintermoods.
Il-flus li jinġabru f’din il-lejla se jmorru għall-fondazzjoni Marigold li tgħin l-aktar lil tfal bil-problema tal-awtiżmu.