Barranin
AĠĠORNAT: Boris Johnson elett bħala l-Prim Ministru l-ġdid tar-Renju Unit

Boris Johnson ġie elett Mexxej tal-Partit Konservattiv, u għada jibda jservi bħala Prim Ministru tar-Renju Unit. Hu kiseb żewġ terzi tal-voti fl-elezzjoni fost il-membri tal-Partit Konservattiv. Hu kien ikkontestat minn Jeremy Hunt.

Johnson, li għandu 55 sena, deskritt bħala paladin ta’ Brexit, tenna li fi żmien tliet xhur oħra se joħroġ lill-pajjiżu mill-Unjoni Ewropea.

Fi tmiem kampanja ta’ kważi xahrejn, Boris Johnson kiseb l-appoġġ ta’ aktar minn 66% tal-ftit inqas minn mija u sittin elf membru tal-Partit Konservattiv li vvutaw fl-elezzjoni bejnu u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin, Jeremy Hunt.

B’din ir-rebħa, Johnson assigura li l-Erbgħa jsir Prim Ministru u jieħu post Theresa May f’10 Downing Street. Lejn tmiem Mejju li għadda hija ħabbret li se tirriżenja wara li l-pjan tagħha li toħroġ lir-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea baqa’ ma seħħx riżultat ta’ reżistenza fil-Parlament.

Il-kandidat l-ieħor, Jeremy Hunt qal li waqt li hu diżappuntat bir-riżultat jinsab konvint li Boris Johnson se jegħleb l-isfidi kbar li għandu quddiem il-pajjiż u jkun Prim Ministru mill-aqwa.

F’Londra, ir-reazzjoni ġenerali fost in-nies kienet li Boris Johnson se jkun Donald Trump ieħor.

L-Erbgħa wara nofsinhar Johnson se jinħatar Prim Ministru u minnufih jibda jindirizza l-isfidi kbar li għandha quddiemu speċjalment li jwettaq Brexit sa tmiem Ottubru li ġej, jiżviluppa relazzjoni b’saħħitha mal-President Amerikan Donald Trump, jipprova jtaffi t-tensjoni mal-Iran u jiggverna mingħajr maġġoranza Parlamentari.

Minbarra dan, il-popolarità tiegħu fi ħdan il-partit mhix garantita. Il-Ministru tal-Finanzi, Philip Hammond qal li se jirriżenja jekk Johnson isir Prim Ministru waqt li fl-aħħar jiem Ministru ieħor rriżenja.

Donald Trump kien minn tal-ewwel li feraħ lis-suċċessur ta’ Theresa May waqt li bintu Ivanka Trump ukoll ferħet lil Boris Johnson anke jekk kellha żball fit-tweet u rreferiet għalih bħala Prim Ministru tal-United Kingston!

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-vittmi tal-Coronavirus madwar id-dinja telgħu għal 2,600, bl-Italja jsir l-aktar pajjiż affettwat barra l-Ażja tant li mill-inqas sitt persuni mietu u aktar minn mitejn instab li huma infettati bil-virus. L-Unjoni…

Barranin

Karozza nstaqet għal fuq il-folla waqt parata tal-karnival fil-belt Ġermaniża ta’ Volkmarsen. Tal-inqas għaxar persuni huma maħsuba li ndarbu. Kelliem għall-pulizija qalet li s-sewwieq qed jinżamm mill-pulizija. S’issa mhux ċar…

Barranin

Id-direttur ċelebri tal-films Harvey Weinstein instab ħati f’ġuri fuq żewġ atti tal-akkuża dwar abbuż sesswali fuq nisa. Weinstein li għandu 67 ma nstabx ħati iżda fuq l-iktar akkużi serji li…

Barranin

Il-Prim Ministru tas-Slovakkja, Peter Pellegrini ħassar l-impenji kollha tiegħu wara li ħakmu deni ta’ żiemel u problemi fin-nifs. Iż-żmien fejn marad ma setax ikun agħar l-għaliex ġimgħa oħra mistennija l-elezzjoni…

Aktar