Barranin
Boris Johnson f’iżolament wara li ltaqa’ ma’ MP pożittiv għall-Covid-19

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson jinsab f’iżolament wara li ġie f’kuntatt ma’ Membru Parlamentari li ħareġ pożittiv għall-Covid-19.

L-iżolament ta’ Johnson ma setax jaħbat fi żmien aktar delikat hekk kif bħalissa, il-Prim Ministru Ingliż  kellu jiddikjara għadd ta’ deċiżjonijiet wara ġlied intern f’No 10, Downing Street.

Id-deċiżjonijiet kellhom jittieħdu wara r-riżenja drammatika ta’ Dominic Cummings, ic-chief of staff ta’ Johnson.

Johnson appella lill-pubbliku biex bħalu, jsegwi l-pariri u l-istruzzjonijiet kollha tal-awtoritajiet tas-saħħa.