Barranin
Boris Johnson imur għand ir-Reġina biex ixolji l-Parlament formalment

Il-Prim Ministru tar-Renju unit Boris Johnson dalgħodu mar Buckinghan Palace għall-udjenza Privata mar-Reġina Eliżabetta t-Tieni biex ixolji l-parlament formalment.

B’hekk bdiet uffiċjalment il-kampanja elettorali għall-elezzjoni ġenerali ta’ nhar it-12 ta’ Diċembru.

Il-partiti ewlenin mistennija jniedu l-kampanja matul il-jum, bil-Konservattivi ta’ Johnson mistennija jikkampanjaw biex iwettqu Brexit waqt li l-kap tal-Partit Laburista mistenni jwiegħed li se jwettaq bidla.