Barranin
Boris Johnson iwiegħed li l-pajjiż mhux se jirritorna għall-awsterità ta’ għaxar snin ilu

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson wiegħed li l-pajjiż mhux se jirritorna għall-awsterità ta’ għaxar snin ilu. Intervistat mill-Mail on Sunday, Johnson tkellem dwar il-pjani ekonomiċi għall-irkupru ta’ wara l-pandemija. Emfasiża li se titwaqqaf taskforce biex tgħaġġel ix-xogħol ta’ bini ta’ sptarijiet, skejjel u toroq.

Il-Prim Ministru Ingliż qal li l-Gvern ser jinvesti fl-infrastruttura biex jinħoloq ix-xogħol għall-eluf ta’ ħaddiema li tilfu l-impjieg. Il-Gvern Ingliż jinsab taħt kritika minħabba li l-ekonomija f’April biss ċkienet b’aktar minn 20 fil-mija minħabba l-lockdown li sar biex titrażżan il-pandemija.

Intant hekk kif tmint’ijiem oħra se jerġgħu jibdew t-titjiriet mir-Renju Unit lejn numru ta’ pajjiżi fl-Ewropa, l-Aġenziji tal-Ivvjaġġar Ingliżi rraportaw żieda qawwija fid-domanda mill-klijenti għas-safar. Is-sit elettroniku lastminute.com qal li rrapporta żieda ta’ 80% meta kkumparat mal-ġimgħa ta’ qabel wara li Spanja ħabbret li se tirilaxxa il-kwarantina għat-turisti Britanniċi.

Aħbarijiet Oħra
Safar

Malta, Franza, Spanja, l-Italja u l-Ġermanja huma fost il-pajjiżi Ewropej li r-Renju Uniti iqis bħala pajjiżi b’riskju baxx. Tħallew barra pajjiżi bħall-Iżvezja, l-Istati Uniti u l-Brażil minħabba l-għadd għoli ta’…

Barranin

Jean Castex hu l-Prim Ministru l-ġdid ta’ Franza. Dan wara li Édouard Philippe rreżenja mill-kariga li kienu ilu jservi 3 snin. Dan l-iżvilupp seħħ wara li l-Partit ta’ Macron mar…

COVID-19

Riċerkaturi fl-Università Federali ta’ Santa Catarina fil-Brażil ħabbru li f’Novembru li għadda sabu l-preżenza ta’ coronavirus f’kampjun tad-drenaġġ, li ttieħed minn Florianopolis, il-kapitali ta’ Santa Catarina fin-Nofsinhar tal-Brażil. Dan ifisser…

Barranin

L-awtoritajiet Amerikani approvaw sanzjonijiet ġodda kontra ċ-Ċina minħabba liġi ġdida ta’ ndħil dwar is-sigurtà f’Hong Kong. Din il-liġi kienet ikkundannata mill-komunità internazzjonali. Il-miżuri tal-Gvern Amerikan li għaddew bi qbil assolut…

Aktar