Kurżitajiet
Boris Johnson jerġa’ jiksirha mal-Maltin – din id-darba fuq il-ħxuna

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, għal darb’ oħra għamel referenza għal Malta b’mod li ma tantx niżel tajjeb mal-Maltin, wara li fl-2012 iddieħak bil-Maltin għax xtraw il-bendy buses mingħand l-Ingliżi.

Din id-darba Johnson wissa lin-nies fuq il-perikli tal-obeżità, u qal li Malta huwa l-uniku pajjiż fl-Ewropa fejn, għal xi rapuni, in-nies huma iktar ħoxnin minn dawk fir-Renju Unit.

Huwa kien qed jirreferi għal rapport tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ppubblikat erba’ snin ilu, li kien ipoġġi lil Malta bħala t-tielet l-iktar pajjiż fl-Ewropa bl-ogħla rata ta’ obeżità, u l-ewwel fl-Unjoni Ewropea.

Filwaqt li ftit kienu dawk li merew din l-istatistika, ħafna ħassewhom offiżi li l-Prim Ministru Ingliż żeffen lill-Maltin fin-nofs, u kien hemm min saħansitra ttanta jagħtih ir-raġuni għal dan il-fattur.

Minbarra r-referenzi għall-mentalità kolonjali u n-nuqqas ta’ ikel bnin li l-Maltin wirtu mill-Ingliżi, xi wħud irribattew bi kritika għas-servizzi tas-saħħa Ingliżi, waqt li oħrajn qabblu s-saħħa fiżika tal-Prim Ministru Ingliż ma’ dik tal-Prim Ministru Malti.

Kien hemm iżda dawk ukoll li taw lil Johnson raġun, u sostnew li minflok ma l-Maltin joqgħodu jieħdu għalihom, ikun aħjar jekk jimpenjaw ruħhom biex jibdlu s-sitwazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Illejla, il-preżentatur popolari Ben Camille u martu Xtina għad kif kellhom tarbija għat-tieni darba. Wara Elle, il-koppja kompliet tkattar il-familja b’George. Permezz ta’ post fuq Facebook il-preżentatur ħabbar li Xtina…

COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

Televiżjoni u Radju

Fl-aħħar nett, Howard Keith Debono se jkun qed jaħdem id f’id ma’ Sarah Zerafa, Ray Attard u Maxine Aquilina bħala membru tal-ġurija ta’ ‘Malta’s Got Talent’ fix-xhur li ġejjin. Howard Keith Debono…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Aktar