Barranin
Boris Johnson jgħid li mhux se jsiru tibdiliet fl-abbozz ta’ Brexit maqbul mal-UE

F’diskors fil-House of Commons, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li mhux se jsiru tibdiliet fl-abbozz ta’ Brexit maqbul mal-Unjoni Ewropea fl-2019 dwar l-Irlanda ta’ Fuq. Dan wara li l-istess qbil ġie kritikat wara li s-Segretarju  tal-Irlanda ta’ Fuq Brandon Lewis ammetta li jmur kontra il-liġi internazjonali.

L-abbozz li kien ippublikat ilbieraħ jagħti setgħa lil xi Ministru biex b’mod unilaterali jinjoraw l-arranġementi fil-protokoli tal-Irlanda ta’ Fuq.

Minkejja dan, Johnson qal li l-abbozz se jkun qed jipproteġi l-ftehim ta’ paci li kien intlaħaq fl-1998 bejn iż-żewġ fazzjonijiet fl-Irlanda ta’ Fuq.

L-Eks Prim Ministru Therese May kienet fost dawk li ħeġġet lil Johnson biex mill-ġdid jikkunsidra l-impatt tad-deċiżjoni tiegħu. Waqt li fi tweet il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen qalet li tinsab mħassba ferm dwar is-sitwazzjoni li timmina l-fiduċja.