Barranin
Boris Johnson jiddefendi lill-konsulent tiegħu li vvjaġġa waqt il-lockdown

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ddefenda wieħed mill-konsulenti tiegħu Dominic Cummings li waqt li l-pajjiż kien qiegħed f’lockdown, dan ivvjaġġa minn Londra lejn Country Durham minkejja li kellu s-sintomi tal-Coronavirus. Johnson qal li jemmen li l-konsulent tiegħu ma kellux alternattiva u li għalih xorta aġixxa b’mod responsabbli. Diversi membri tal-partit tiegħu stess talbu biex Cummings jirriżenja.

Il-Mexxej tal-Partit Laburista Sir Keir Starmer qal li l-fatt li Johnson ma ħa ebda azzjoni kontra Cummings huwa insult għall-poplu Ingliż li tant qed jagħmel sagrifiċċji minħabba l-Covid 19. Saru wkoll allegazzjonijiet li Cummings saħansitra għamel it-tieni vjaġġ tiegħu barra minn Londra. Madanakollu Johnson qal li dawn l-allegazzjonijiet huma foloz.

Intant Johnson iddikjara li l-ġenituri u l-għalliema għandhom jippreparaw għall-ftuħ tal-iskejjel b’mod gradwali sa mill-ewwel ta’ Ġunju kif kien ippjanat. Ħabbar ukoll li bil-Covid-19 mietu 118-il persuna oħra biex b’kollox l-għadd ta’ mwiet qabeż is-36,700.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-awtoritajiet Amerikani approvaw sanzjonijiet ġodda kontra ċ-Ċina minħabba liġi ġdida ta’ ndħil dwar is-sigurtà f’Hong Kong. Din il-liġi kienet ikkundannata mill-komunità internazzjonali. Il-miżuri tal-Gvern Amerikan li għaddew bi qbil assolut…

Barranin

Il-pulizija f’Hong Kong għamlet l-ewwel arresti taħt il-liġi l-ġdida imposta minn Beijing kontra l-protesti. Dan hekk kif għadd kbir ta’ nies fakkru it-23 sena mit-tmiem tat-tmexxija Ingliża. Aktar minn 300…

Barranin

Raġel fl-Istati Uniti spara fuq mara li ħaditlu bandiera tan-Nażi li kellu mwaħħla quddiem daru f’Oklahoma. L-uffiċċju tax-Sheriff ta’ Garfield County qal li l-mara kienet qegħda f’festin fil-viċin, meta f’ħin…

COVID-19

Puplesija, delirju, ansjetà, konfużjoni, għejja, u l-lista tkompli. Il-Covid-19 mhix biss marda respiratorja! Ma kull ġimgħa li tgħaddi, qed joħroġ aktar ċar kemm il-coronavirus jista’ jwassal għal problemi newroloġiċi. Il-maġġoranza…

Aktar