COVID-19
Boris Johnson jiddikjara lockdown parzjali fir-Renju Unit

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, iddikjara lockdown parzjali għal tliet ġimgħat bl-għan li titrażżan l-imxija tal-Coronavirus.

Johnson ordna li jingħalqu l-ħwienet li jbigħu prodotti u servizzi mhux essenzjali fosthom ħwejjeġ u tagħmir elettroniku. Ordna li sa mhux iktar minn żewġ persuni flimkien jistgħu jkunu flimkien fil-pubbliku.

Johnson appella lin-nies biex isegwu ordni sempliċi u jibqgħu d-dar kemm jista’ jkun. Bil-miżuri l-ġodda, Johnson qal li n-nies xorta jistgħu joħorġu jixtru l-affarijiet bażiċi filwaqt li għadu permess l-ivvjaġġar minn u lejn ix-xogħol.

Hu ddeskriva l-pandemija tal-Coronavirus bħala l-ikbar theddida li qed jiffaċċja r-Renju Unit f’għexieren ta’ snin.

Fir-Renju Unit, l-imwiet bil-Covid-19 telgħu għal 335. Ir-Renju Unit huwa l-għaxar pajjiż fid-dinja bl-ikbar ammont ta’ każi ta’ Covid-19 li issa qabżu s-6,600.

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Ħames persuni nqabdu jiksru l-kwaraninta obbligatorja u ġew immultati tliet elef ewro kull wieħed. B’kollox saru 421 spezzjoni fl-aħħar 24 siegħa. Minn mindu bdew l-ispezzjonijiet, 40 persuna nqabdu jiksru l-kwarantina…

COVID-19

Intervistat fuq l-aħbarijiet ta’ Television Malta l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li l-Prim Ministru Robert Abela għal xi raġuni qiegħed jgħid li dan mhuwiex lockdown, meta fi kliemu, id-Deputat Prim…

COVID-19

Fi żmien ta’ ansjetà residenti ta’ triq fil-Fgura ħarġu bl-idea li jorganizzaw ċelebrazzjoni mużikali mill-gallariji biex iferrħu lil xulxin. U waqt li l-festi din is-sena mhux ser isiru, il-bandisti ta’…

COVID-19

Analiżi xjentifika mill-istatistiku Dr Vincent Marmara tal-każi tal-coronavirus fil-kuntest tal-miżuri meħuda mill-awtoriajiet tas-saħħa Maltin, tagħti stampa inkoraġġanti għax ir-rata ta’ infezzjonijiet minn persuna għall-oħra tbaxxiet. Iżda, Dr Marmara wissa’ li…

Aktar